+Artikolu 16 2.
|
Artikolu 16 2.
L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom bla dewmien jinformaw lill-Aġenzija b'mod kemm jista' jkun speċifiku fejn ikollhom raġunijiet validi sabiex jissuspettaw li qed jitwettqu jew twettqu atti li jiksru dan ir-Regolament, jew f'dak l-Istat Membru jew fi Stat Membru ieħor. Fejn awtorità regolatorja nazzjonali tissuspetta li fi Stat Membru ieħor qed jitwettqu atti li jaffettwaw is-swieq tal-enerġija bl-ingrossa jew il-prezz tal-prodotti tal-enerġija bl-ingrossa f'dak l-Istat Membru, hija tista' titlob lill-Aġenzija sabiex tieħu azzjoni skont il-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu u, jekk l-atti jaffettwaw strumenti finanzjarji soġġetti għall-
►M1
Artikolu 2 tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 ◄ , skont il-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu. Qabel ma jadottaw deċiżjoni li ssib ksur ta’ dan ir-Regolament, l-awtoritàregolatorja nazzjonali tista’ tinforma lill-Aġenzija u tipprovdilha sommarju tal-każ u tad-deċiżjoni prevista b’lingwa uffiċjali tal-Istat Membru kkonċernat. Wara li tadotta deċiżjoni li ssib ksur ta’ dan ir-Regolament, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tipprovdi dik id-deċiżjoni lill-Aġenzija, inkluż informazzjoni dwar id-data t’adozzjoni tagħha, l-isem tal-persuni soġġetti għal penali, l-Artikolu ta’ dan ir-Regolament li jkun inkiser u l-penali applikat. Fl-istess ħin, l-awtorità regolatorja nazzjonali għandha tindika lill-Aġenzija liema informazzjoni tkun żvelat lill-pubbliku kif imsemmi fl-Artikolu 18(6) u għandha tinforma minnufih lill-Aġenzija bi kwalunkwe bidla sussegwenti għal tali informazzjoni. L-Aġenzija għandha żżomm lista pubblika ta’ informazzjoni li l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jkunu żvelaw lill-pubbliku kif imsemmi fl-Artikolu 18(6).
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.02.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32011R1227
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|