|
+Artikolu 16 3. |
Artikolu 16 3.Sabiex ikun żgurat approċċ ikkoordinat u konsistenti għall-abbuż tas-suq fis-swieq tal-enerġija bl-ingrossa:
(a)
l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jipproċessaw rapporti ta’ ksur possibbli ta’ dan ir-Regolament mingħajr dewmien żejjed u, jekk possibbli, fi żmien sena mid-data tal-wasla tat-talba ta’ dawn ir-rapporti, u jinfurmaw lill-awtorità finanzjarja kompetenti tal-Istat Membru tagħhom u lill-Aġenzija fejn ikollhom raġunijiet validi biex jissuspettaw li fis-swieq tal-enerġija bl-ingrossa qed jitwettqu, jew twettqu atti, li jikkostitwixxu abbuż tas-suq fis-sens tar-Regolament (UE) Nru 596/2014 u li jaffettwaw strumenti finanzjarji soġġetti għall-Artikolu 2 ta’ dak ir-Regolament; għal dawk il-finijiet, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jistabbilixxu forom xierqa ta’ kooperazzjoni mal-awtorità finanzjarja kompetenti fl-Istat Membru tagħhom;
(b)
l-Aġenzija għandha tinforma lill-AETS u lill-awtorità finanzjarja kompetenti fejn ikollha raġunijiet validi biex tissuspetta li fis-swieq tal-enerġija bl-ingrossa qed jitwettqu jew twettqu atti, li jikkostitwixxu abbuż tas-suq fis-sens tad- ►M1 Direttiva 2003/6/K ◄ E, u li jaffettwaw strumenti finanzjarji soġġetti għall- ►M1 Artikolu 2 ta’ dak ir-Regolament ◄ ;
(c)
l-awtorità finanzjarja kompetenti ta’ Stat Membru għandha tinforma lill-AETS u lill-Aġenzija fejn ikollha raġunijiet validi sabiex tissuspetta li fis-swieq tal-enerġija bl-ingrossa fi Stat Membru ieħor qed jitwettqu jew twettqu atti li jiksru l-Artikoli 3 u 5;
(d)
l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jinformaw lill-awtorità nazzjonali dwar il-kompetizzjoni tal-Istat Membru tagħhom, lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija fejn ikollhom raġunijiet validi sabiex jissuspettaw li fis-swieq tal-enerġija bl-ingrossa qed jitwettqu jew twettqu atti, li x'aktarx jikkostitwixxu ksur tal-liġi tal-kompetizzjoni;
(e)
l-Aġenzija u l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali għandhom jinfurmaw lill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti tat-taxxa u lill-EUROFISC meta jkollhom raġunijiet raġonevoli biex jissuspettaw li qed jitwettqu jew ikunu twettqu atti fis-suq tal-enerġija bl-ingrossa li aktarx jikkostitwixxu frodi tat-taxxa. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|