|
+Artikolu 5 Parteċipazzjoni tal-pubbliku relata mal-effetti ta' operazzjonijiet ippjanati tal-esplorazzjoni taż-żejt u tal-gass offshore fuq l-ambjent ---+Article 5 1. ---+Article 5 2. ---+Article 5 3. |
Artikolu 5 Parteċipazzjoni tal-pubbliku relata mal-effetti ta' operazzjonijiet ippjanati tal-esplorazzjoni taż-żejt u tal-gass offshore fuq l-ambjentArtikolu 5 Parteċipazzjoni tal-pubbliku relata mal-effetti ta' operazzjonijiet ippjanati tal-esplorazzjoni taż-żejt u tal-gass offshore fuq l-ambjent 1. It-tħaffir ta' bir ta' esplorazzjoni minn installazzjoni mhux tal-produzzjoni ma għandux jibda għajr jekk l-awtoritajiet rilevanti tal-Istat Membru jkunu żguraw minn qabel li tkun saret kif adatt parteċipazzjoni tal-pubbliku bikrija u effettiva dwar l-effetti possibbli fuq l-ambjent tal-operazzjonijiet taż-żejt u tal-gass offshore ippjanati f'konformità ma' atti legali oħra tal-Unjoni, partikolarment id-Direttiva 2001/42/KE jew id-Direttiva 2011/92/UE. 2. Fejn ma tkun saret parteċipazzjoni tal-pubbliku skont il-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jsiru l-arranġamenti li ġejjin:
(a)
il-pubbliku jiġi infurmat, jew b'avviżi pubbliċi jew b'mezzi adatti oħra bħall-mezzi elettroniċi tal-informazzjoni, dwar il-post fejn huwa maħsub li jiġi permess li jsiru operazzjonijiet ta' esplorazzjoni;
(b)
il-pubbliku kkonċernat jiġi identifikat jew li jkollhom interess fid-deċiżjoni inkluż il-pubbliku affettwat jew li x'aktarx jiġi affettwat mid-deċiżjoni li jingħata permess għal operazzjonijiet ta' esplorazzjoni inkluż organizzazzjonijiet mhux governattivi rilevanti, bħal dawk li jippromwovu l-protezzjoni ambjentali u organizzazzjonijiet rilevanti oħrajn;
(c)
informazzjoni rilevanti dwar tali operazzjonijiet ippjanati ssir disponibbli għall-pubbliku inkluż, fost l-oħrajn, informazzjoni dwar id-dritt għall-parteċipazzjoni fit-teħid ta' deċiżjonijiet, u lil min jistgħu jiġu ppreżentati kummenti jew mistoqsijiet;
(d)
il-pubbliku huwa intitolat jesprimi kummenti u opinjonijiet meta l-alternattivi kollha jkunu miftuħa qabel jittieħdu d-deċiżjonijiet li jippermettu li ssir l-esplorazzjoni;
(e)
fit-teħid ta' deċiżjonijiet skont il-punt (d), għandu jittieħed kont debitu tar-riżultati tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku; u
(f)
wara li jkun eżamina l-kummenti u l-opinjonijiet espressi mill-pubbliku, l-Istat Membru inkwistjoni jinforma lill-pubbliku fil-pront dwar id-deċiżjonijiet meħuda u r-raġunijiet u l-kunsiderazzjonijiet li fuqhom ikunu bbażati dawk id-deċiżjonijiet, inkluża l-informazzjoni dwar il-proċess tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku. Għandhom ikunu pprovduti perijodi ta’ żmien raġonevoli li jippermettu żmien suffiċjenti għal kull stadju differenti tal-parteċipazzjoni tal-pubbliku. 3. Dan l-Artikolu ma japplikax fir-rigward ta' żoni liċenzjati qabel it-18 ta’ Lulju 2013. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|