+KAPITOLU V TRASPARENZA U KONDIVIŻJONI TAL-INFORMAZZJONI
---+Artikolu 23 Kondiviżjoni ta' informazzjoni
------+Article 23 1.
------+Article 23 2.
---+Artikolu 24 Trasparenza
------+Article 24 1.
------+Article 24 2.
---+Artikolu 25 Rappurtar dwar is-sikurezza u l-impatt ambjentali
------+Article 25 1.
------+Article 25 2.
------+Article 25 3.
---+Artikolu 26 Investigazzjoni wara aċċident kbir
------+Article 26 1.
------+Article 26 2.
------+Article 26 3.

KAPITOLU V TRASPARENZA U KONDIVIŻJONI TAL-INFORMAZZJONI

KAPITOLU V TRASPARENZA U KONDIVIŻJONI TAL-INFORMAZZJONI

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 23 Kondiviżjoni ta' informazzjoni

Artikolu 23

Kondiviżjoni ta' informazzjoni

1.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-operaturi u s-sidien jagħtu lill-awtorità kompetenti, bħala minimu, l-informazzjoni deskritta fl-Anness IX.

2.  Il-Kummissjoni għandha tiddetermina permezz ta’ att ta’ implimentazzjoni format komuni għar-rappurtar tad-data u d-dettalji tal-informazzjoni li għandha tiġi kondiviża. Dak l-att ta' implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 37(2).

Artikolu 24 Trasparenza

Artikolu 24

Trasparenza

1.  L-Istati Membri għandhom jagħmlu l-informazzjoni msemmija fl-Anness IX disponibbli pubblikament.

2.  Il-Kummissjoni għandha permezz ta’ att ta' implimentazzjoni tiddetermina format komuni għall-pubblikazzjoni li bih ikun faċilment possibbli t-tqabbil transkonfinali tad-data. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat skont il-proċedura konsultattiva msemmija fl-Artikolu 37(2). Il-format komuni għall-pubblikazzjoni għandu jippermetti tqabbil affidabbli ta' prattiki nazzjonali skont dan l-Artikolu u l-Artikolu 25.

Artikolu 25 Rappurtar dwar is-sikurezza u l-impatt ambjentali

Artikolu 25

Rappurtar dwar is-sikurezza u l-impatt ambjentali

▼M1

1.  Kull sena l-Istati Membri għandhom jirrapportaw lill-Kummissjoni, bħala parti mir-rapportar annwali msemmi fl-Artikolu 26 tar-Regolament (UE) 2018/1999 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 ), l-informazzjoni speċifikata fil-punt 3 tal-Anness IX.

▼B

2.  L-Istati Membri għandhom jagħżlu awtorità biex tkun responsabbli għall-iskambju tal-informazzjoni skont l-Artikolu 23 u għall-pubblikazzjoni tal-informazzjoni skont l-Artikolu 24.

3.  Il-Kummissjoni għandha tippubblika rapport annwali bbażat fuq l-informazzjoni rrappurtata lilha mill-Istati Membri skont il-paragrafu 1.

Artikolu 26 Investigazzjoni wara aċċident kbir

Artikolu 26

Investigazzjoni wara aċċident kbir

1.  L-Istati Membri għandhom jagħtu bidu għal investigazzjonijiet bir-reqqa ta’ aċċidenti kbar li jseħħu fil-ġurisdizzjoni tagħhom.

2.  Għandha ssir disponibbli taqsira tas-sejbiet skont il-paragrafu 1 lill-Kummissjoni meta tintemm l-investigazzjoni jew fi tmiem tal-investigazzjoni jew tal-proċedimenti legali kif adatt. L-Istati Membri għandhom jagħmlu verżjoni mhux kunfidenzjali tas-sejbiet disponibbli pubblikament.

3.  L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, wara l-investigazzjonijiet skont il-paragrafu 1, l-awtorita kompetenti timplimenta kwalunkwe rakkomandazzjoni tal-investigazzjoni li tkun taqa' taħt is-setgħat tagħha li taġixxi.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 01.01.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32013L0030
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.