+Artikolu 12 Il-bażi tad-data tal-prodotti
---+Artikolu 12 1.
---+Artikolu 12 2.
---+Artikolu 12 3.
---+Artikolu 12 4.
---+Artikolu 12 5.
---+Artikolu 12 6.
---+Artikolu 12 7.
---+Artikolu 12 8.
---+Artikolu 12 9.
---+Artikolu 12 10.
---+Artikolu 12 11.
---+Artikolu 12 12.
|
Artikolu 12 Il-bażi tad-data tal-prodotti
Il-bażi tad-data tal-prodotti
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 12 1.
|
Il-Kummissjoni għandha tistabbilixxi u żżomm bażi tad-data tal-prodotti li tikkonsisti minn parti pubblika, parti ta' konformità u portal online li jagħti aċċess għal dawk iż-żewġ partijiet. Il-bażi tad-data tal-prodotti ma għandhiex tissostitwixxi u lanqas tibdel ir-responsabbiltajiet tal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq.
|
|
Artikolu 12 2.
|
Il-bażi tad-data tal-prodotti għandu jkollha l-għanijiet li ġejjin:
▼M1
(a)
li tappoġġa lill-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq fit-twettiq tal-kompiti tagħhom taħt dan ir-Regolament u l-atti delegati rilevanti, inkluż l-infurzar tagħhom, u taħt ir-Regolament (UE) 2020/740 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (
10
);
▼B
(b)
li tipprovdi lill-pubbliku b'informazzjoni dwar prodotti mqiegħda fis-suq u t-tikketti tal-enerġija tagħhom, u l-iskedi informattivi dwar il-prodott;
(c)
li tipprovdi informazzjoni aġġornata lill-Kummissjoni dwar l-effiċjenza enerġetika għal prodotti għall-analiżi tat-tikketti tal-effiċjenza enerġetika;
|
|
Artikolu 12 3.
|
Il-parti pubblika tal-bażi tad-data u l-portal online għandu jkun fihom l-informazzjoni stabbilita fil-punti 1 u 2 tal-Anness I rispettivament, li għandha tkun disponibbli għall-pubbliku. Il-parti pubblika tal-bażi tad-data għandha tissodisfa l-kriterji fil-paragrafu 7 ta' dan l-Artikolu, u l-kriterji funzjonali stabbiliti fil-punt 4 tal-Anness I.
|
|
Artikolu 12 4.
|
Il-parti tal-konformità tal-bażi tad-data tal-prodotti għandha tkun aċċessibbli biss għall-awtoritajiet ta' sorveljanza tas-suq u lill-Kummissjoni u għandu jkun fiha l-informazzjoni stabbilita fil-punt 3 tal-Anness I, inkluż il-partijiet speċifiċi mid-dokumentazzjoni teknika kif imsemmi fil-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu. Il-parti tal-konformità għandha tissodisfa l-kriterji fil-paragrafi 7 u 8 ta' dan l-Artikolu, u l-kriterji funzjonali stabbiliti fil-punt 4 tal-Anness I.
|
|
Artikolu 12 5.
|
Il-partijiet speċifiċi obbligatorji tad-dokumentazzjoni teknika li l-fornitur għandu idaħħal fil-bażi tad-data għandhom ikopru biss:
(a)
deskrizzjoni ġenerali tal-mudell, li tkun biżżejjed biex jiġi identifikat b'mod inekwivoku u faċli;
(b)
referenzi għall-istandards armonizzati applikati jew standards ta' kejl oħrajn li jintużaw;
(c)
il-prekawzjonijiet speċifiċi li għandhom jittieħdu meta l-mudell jiġi armat, installat, issirlu manutenzjoni jew jiġi ttestjat;
(d)
il-parametri tekniċi mkejla tal-mudell;
(e)
il-kalkoli li saru bil-parametri mkejla;
(f)
kondizzjonijiet ta' ttestjar jekk ma jkunux deskritti biżżejjed fil-punt (b).
Barra minn hekk, il-fornitur jista' jtella' fil-bażi tad-data partijiet addizzjonali tad-dokumentazzjoni teknika fuq bażi volontarja.
|
|
Artikolu 12 6.
|
Meta data minbarra dik speċifikata fil-paragrafu 5 jew li ma tkunx disponibbli fil-parti pubblika tal-bażi tad-data ssir neċessarja biex l-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq u/jew il-Kummissjoni jwettqu l-kompiti tagħhom skont dan ir-Regolament, huma għandhom ikunu jistgħu jiksbuha mill-fornitur fuq talba.
|
|
Artikolu 12 7.
|
Il-bażi tad-data tal-prodotti għandha tiġi stabbilita f'konformità mal-kriterji li ġejjin:
(a)
it-tnaqqis kemm jista' jkun tal-piż amministrattiv għall-fornitur u utenti l-oħra tal-bażi tad-data;
(b)
il-faċilità tal-użu u l-kosteffettività; u
(c)
l-evitar awtomatiku tar-reġistrazzjoni doppja.
|
|
Artikolu 12 8.
|
Il-parti tal-konformità tal-bażi tad-data għandha tiġi stabbilita f'konformità mal-kriterji li ġejjin:
(a)
il-protezzjoni mill-użu mhux maħsub u s-salvagwardja tal-informazzjoni kunfidenzjali permezz ta' arranġamenti stretti ta' sigurtà;
(b)
id-drittijiet ta' aċċess abbażi tal-prinċipju tal-ħtieġa ta' tagħrif;
(c)
l-ipproċessar tad-data personali f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 45/2001 u d-Direttiva 95/46/KE, kif applikabbli;
(d)
il-limitazzjoni tal-ambitu tal-aċċess għad-data biex jiġi evitat li jiġu kkupjati settijiet akbar ta' data;
(e)
it-traċċabbiltà tal-aċċess għad-data għall-fornitur fir-rigward tad-dokumentazzjoni teknika tagħha.
|
|
Artikolu 12 9.
|
Id-data fil-parti tal-konformità tal-bażi tad-data għandha tiġi ttrattata f'konformità mad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2015/443 (
11
). B'mod partikolari, għandhom japplikaw l-arranġamenti speċifiċi tas-sigurtà ċibernetika tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni (UE, Euratom) 2017/46 (
12
) u r-regoli ta' implimentazzjoni tagħha. Il-livell ta' kunfidenzjalità għandu jirrifletti d-dannu konsegwenzjali li jirriżulta mill-iżvelar tad-data lil persuni mhux awtorizzati.
|
|
Artikolu 12 10.
|
Il-fornitur għandu jkollu aċċess u drittijiet ta' editjar għall-informazzjoni li jkun daħħal fil-bażi tad-data tal-prodotti skont l-Artikolu 4(1) u (2). Għandu jinżamm rekord tal-bidliet għall-finijiet tas-sorveljanza tas-suq, u jinżammu d-dati ta' kwalunkwe editjar.
|
|
Artikolu 12 11.
|
Il-klijenti li jużaw il-parti pubblika tal-bażi tad-data tal-prodotti għandhom ikunu jistgħu jidentifikaw faċilment l-aqwa klassi tal-effiċjenza enerġetika popolata għal kull grupp ta' prodotti, li jippermettilhom iqabblu l-karatteristiċi tal-mudell u jagħżlu l-aktar prodotti effiċjenti fl-użu tal-enerġija.
|
|
Artikolu 12 12.
|
Il-Kummissjoni għandu jkollha s-setgħa li tispeċifika, permezz ta' atti ta' implimentazzjoni, id-dettalji operazzjonali tal-bażi tad-data tal-prodotti. Wara konsultazzjoni mal-Forum Konsultattiv previst fl-Artikolu 14, dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 18(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 01.05.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1369
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|