+Artikolu 13a 2.

Artikolu 13a 2.

L-Istat Membru li jitlob solidarjetà skont l-Artikolu 13 jista’ jibgħat talba għal kontribuzzjoni volontarja abbażi ta’ miżuri bbażati fuq is-suq simultanjament lil Stat Membru wieħed jew aktar konnessi indirettament biex ifittex l-aktar offerta vantaġġuża jew kombinazzjoni ta’ offerti, abbażi tal-kost, il-veloċità tal-konsenja, l-affidabbiltà u d-diversifikazzjoni tal-provvisti tal-gass skont l-Artikolu 13(4).

It-talbiet skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu ppreżentati lill-Istati Membri konnessi indirettament li potenzjalment ikunu jistgħu jipprovdu volumi tal-gass abbażi ta’ miżuri volontarji, lill-Kummissjoni u lill-maniġers tal-kriżijiet maħtura skont l-Artikolu 10(1), il-punt (g), mill-inqas 48 siegħa qabel il-ħin tal-konsenja indikat għall-gass. Dawk it-talbiet għandhom jinkludu mill-inqas l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 13(8b), l-ewwel subparagrafu.

L-Istati Membri li jirċievu t-talba skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan l-Artikolu għandhom iwieġbu lill-Istat Membru rikjedenti, u jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-maniġers tal-kriżijiet maħtura skont l-Artikolu 10(1), il-punt (g), fi żmien 18-il siegħa, filwaqt li jindikaw jekk jistgħux jagħmlu offerta għal volumi tal-gass abbażi ta’ miżuri volontarji. It-tweġiba għandha tinkludi mill-inqas l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 13(8a). L-Istati Membri jistgħu jirrispondu billi jindikaw l-inabbiltà tagħhom li jikkontribwixxu bl-użu ta’ miżuri bbażati fuq is-suq.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1938
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.