+Artikolu 13a Kooperazzjoni bejn Stati Membri konnessi indirettament bl-użu ta’ miżuri bbażati fuq is-suq (miżuri volontarji)
---+Artikolu 13a 1.
---+Artikolu 13a 2.
---+Artikolu 13a 3.
---+Artikolu 13a 4.
---+Artikolu 13a 5.
|
Artikolu 13a Kooperazzjoni bejn Stati Membri konnessi indirettament bl-użu ta’ miżuri bbażati fuq is-suq (miżuri volontarji)
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 13a 1.
|
Mingħajr preġudizzju għall-prinċipju tas-solidarjetà enerġetika, dan l-Artikolu għandu japplika meta l-Istati Membri li jkunu konnessi indirettament permezz ta’ Stat Membru ieħor u li jkunu rċevew talba għal kontribuzzjoni volontarja skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu jikkontribwixxu biex jipprovdu l-volumi tal-gass mitluba skont l-Artikolu 13(1) jew (2), bl-użu ta’ miżuri volontarji kif imsemmi fl-Artikolu 13(3), il-punt (c).
|
|
Artikolu 13a 2.
|
L-Istat Membru li jitlob solidarjetà skont l-Artikolu 13 jista’ jibgħat talba għal kontribuzzjoni volontarja abbażi ta’ miżuri bbażati fuq is-suq simultanjament lil Stat Membru wieħed jew aktar konnessi indirettament biex ifittex l-aktar offerta vantaġġuża jew kombinazzjoni ta’ offerti, abbażi tal-kost, il-veloċità tal-konsenja, l-affidabbiltà u d-diversifikazzjoni tal-provvisti tal-gass skont l-Artikolu 13(4). It-talbiet skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu ppreżentati lill-Istati Membri konnessi indirettament li potenzjalment ikunu jistgħu jipprovdu volumi tal-gass abbażi ta’ miżuri volontarji, lill-Kummissjoni u lill-maniġers tal-kriżijiet maħtura skont l-Artikolu 10(1), il-punt (g), mill-inqas 48 siegħa qabel il-ħin tal-konsenja indikat għall-gass. Dawk it-talbiet għandhom jinkludu mill-inqas l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 13(8b), l-ewwel subparagrafu. L-Istati Membri li jirċievu t-talba skont l-ewwel subparagrafu ta’ dan l-Artikolu għandhom iwieġbu lill-Istat Membru rikjedenti, u jinfurmaw lill-Kummissjoni u lill-maniġers tal-kriżijiet maħtura skont l-Artikolu 10(1), il-punt (g), fi żmien 18-il siegħa, filwaqt li jindikaw jekk jistgħux jagħmlu offerta għal volumi tal-gass abbażi ta’ miżuri volontarji. It-tweġiba għandha tinkludi mill-inqas l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 13(8a). L-Istati Membri jistgħu jirrispondu billi jindikaw l-inabbiltà tagħhom li jikkontribwixxu bl-użu ta’ miżuri bbażati fuq is-suq.
|
|
Artikolu 13a 3.
|
Meta s-somma tal-volumi tal-gass li jirriżultaw mill-offerti skont l-Artikolu 13(1) u (2) u l-offerti skont dan l-Artikolu ma tilħaqx il-volumi meħtieġa, l-offerti skont dan l-Artikolu għandhom jintgħażlu awtomatikament. Meta s-somma tal-volumi tal-gass li jirriżultaw mill-offerti skont l-Artikolu 13(1) u (2) u l-offerti skont dan l-Artikolu taqbeż il-volumi meħtieġa, l-offerti skont dan l-Artikolu għandhom jitqiesu fil-proċess tal-għażla tal-offerti skont l-Artikolu 13(4), u l-Istat Membru rikjedenti għandu, wara li jikkonsulta mal-Istati Membri involuti kollha, ifittex l-aktar offerta vantaġġuża, jew taħlita ta’ offerti fost l-offerti skont l-Artikolu 13 jew dan l-Artikolu, abbażi tal-kost, il-veloċità tal-konsenja, l-affidabbiltà u d-diversifikazzjoni. Meta l-kontribuzzjonijiet skont dan l-Artikolu jintgħażlu mill-Istati Membri rikjedenti, it-talba skont l-Artikolu 13(1) u (2) għandha titnaqqas kif xieraq. L-Istat Membru rikjedenti għandu jinforma lill-Istati Membri kkonċernati liema volumi jkun għażel fi żmien sitt sigħat minn meta jirċievi l-offerta u mill-inqas 24 siegħa qabel il-ħin indikat tal-konsenja tal-gass.
|
|
Artikolu 13a 4.
|
Meta Stat Membru konness indirettament jipprovdi kontribuzzjoni volontarja abbażi ta’ miżuri bbażati fuq is-suq lill-Istat Membru rikjedenti skont il-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu, il-kumpens ġust ma għandux jaqbeż il-kostijiet raġonevoli u jista’ jinkludi l-kostijiet imsemmija fl-Artikolu 13(8a), it-tieni subparagrafu. L-ammont finali tal-kumpens ġust għandu jkun soġġett għall-mekkaniżmu ta’ kontroll ex post deskritt fl-Artikolu 13(8c).
|
|
Artikolu 13a 5.
|
L-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni tal-Istati Membri kkonċernati għandhom jikkooperaw u jiskambjaw informazzjoni bl-użu tas-Sistema ReCo għall-Gass stabbilita mill-ENTSOG skont l-Artikolu 3(6), sabiex jiġu identifikati l-kapaċitajiet ta’ interkonnessjoni disponibbli fi żmien sitt sigħat minn talba ta’ Stat Membru jew tal-Kummissjoni. L-ENTSOG għandu jgħarraf lill-Kummissjoni u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri kkonċernati kif xieraq.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 22.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1938
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|