+ANNESS VI

ANNESS VI




ANNESS VI

Mudell għall-pjan ta' azzjoni preventiva

Informazzjoni ġenerali

— 
L-Istati Membri fil-grupp ta' riskju
— 
L-isem tal-awtorità kompetenti responsabbli mit-tħejjija tal-pjan ( 18 )

1.    Deskrizzjoni tas-sistema

1.1.

Agħti deskrizzjoni konsolidata li tiddeskrivi fil-qosor is-sistema tal-gass reġjonali għal kull grupp ( 19 ) ta' riskju li fih jipparteċipaw l-Istat Membri, li tkopri:

(a) 

iċ-ċifri ewlenin tal-konsum tal-gass ( 20 ): il-konsum finali annwali tal-gass (bcm) u t-tqassim skont it-tip ta' klijenti ( 21 ), l-ogħla domanda (total u tqassim skont il-kategorija ta' klijenti f'mcm/d);

(b) 

deskrizzjoni tal-funzjonament tas-sistema tal-gass fil-gruppi ta' riskju: il-flussi ewlenin (dħul/ħruġ/transitu), il-kapaċità tal-punti ta' dħul/ħruġ tal-infrastruttura lejn u barra mir-reġjun jew reġjuni tal-grupp ta' riskju u għal kull Stat Membru, inklużi r-rata ta' użu, il-faċilitajiet tal-LNG (il-kapaċità massimali ta' kuljum, ir-rata ta' użu u r-reġim ta' aċċess), eċċ.;

(c) 

tqassim, sa fejn possibbli, tas-sorsi ta' importazzjoni ta' gass skont il-pajjiż ta' oriġini ( 22 );

(d) 

deskrizzjoni tar-rwol tal-faċilitajiet ta' ħżin rilevanti għar-reġjun, inkluż aċċess transkonfinali:

(i) 

il-kapaċità ta' ħżin (gass totali u gass attiv) meta mqabbla mad-domanda fl-istaġun tat-tisħin;

(ii) 

il-kapaċità massimali tal-irtirar ta' kuljum f'livelli differenti ta' mili (idealment fil-livell ta' ħażniet sħaħ u l-livell tal-aħħar tal-istaġun);

(e) 

deskrizzjoni tar-rwol tal-produzzjoni domestika fir-reġjun:

(i) 

il-volum tal-produzzjoni fir-rigward tal-konsum finali annwali tal-gass;

(ii) 

il-kapaċità massimali ta' produzzjoni ta' kuljum;

(f) 

deskrizzjoni tar-rwol tal-gass fil-produzzjoni tal-elettriku (eż. importanza, rwol bħala riżerva għal sorsi ta' enerġija rinnovabbli), inkluż il-kapaċità ta' ġenerazzjoni tal-elettriku mill-ħruq tal-gass (total (MWe) u bħala perċentwal tal-kapaċità ta' ġenerazzjoni tal-elettriku totali) u koġenerazzjoni (total (MWe) u bħala perċentwal tal-kapaċità ta' ġenerazzjoni tal-elettriku totali);

(g) 

deskrizzjoni tar-rwol tal-miżuri ta' effiċjenza enerġetika u l-effett tagħhom fuq il-konsum finali ta' gass annwali,

1.2.

Agħti deskrizzjoni qasira tas-sistema tal-gass għal kull Stat Membru, li tkopri:

(a) 

iċ-ċifri ewlenin tal-konsum tal-gass: il-konsum finali annwali tal-gass (bcm) u t-tqassim skont it-tip ta' klijenti, l-ogħla domanda (mcm/d);

(b) 

deskrizzjoni tal-funzjonament tas-sistema tal-gass fil-livell nazzjonali, inkluż l-infrastruttura (sa fejn mhux kopert mill-punt 1.1.(b));

(c) 

l-identifikazzjoni tal-infrastruttura prinċipali rilevanti għas-sigurtà tal-provvista;

(d) 

tqassim, sa fejn possibbli, fil-livell nazzjonali ta' sorsi ta' importazzjoni ta' gass skont il-pajjiż ta' oriġini;

(e) 

deskrizzjoni tar-rwol tal-ħżin fl-Istat Membru u inkludi:

(i) 

il-kapaċità ta' ħżin (totali u attiva) meta mqabbla mad-domanda fl-istaġun tat-tisħin;

(ii) 

il-kapaċità massimali tal-irtirar ta' kuljum f'livelli differenti ta' mili (idealment fil-livell ta' ħażniet sħaħ u l-livell tal-aħħar tal-istaġun);

(f) 

deskrizzjoni tar-rwol tal-produzzjoni domestika u inkludi:

(i) 

il-volum tal-produzzjoni fir-rigward tal-konsum finali annwali tal-gass;

(ii) 

il-kapaċità massimali ta' produzzjoni ta' kuljum;

(g) 

deskrizzjoni tar-rwol tal-gass fil-produzzjoni tal-elettriku (eż. importanza, rwol bħala riżerva għal sorsi ta' enerġija rinnovabbli), inkluż il-kapaċità ta' ġenerazzjoni tal-elettriku mill-ħruq tal-gass (total (MWe) u bħala perċentwal tal-kapaċità ta' ġenerazzjoni tal-elettriku totali) u koġenerazzjoni (total (MWe) u bħala perċentwal tal-kapaċità ta' ġenerazzjoni tal-elettriku totali);

(h) 

deskrizzjoni tar-rwol tal-miżuri ta' effiċjenza enerġetika u l-effett tagħhom fuq il-konsum finali ta' gass annwali.

2.    Sommarju tal-valutazzjoni tar-riskju

Iddeskrivi fil-qosor ir-riżultati tal-valutazzjoni tar-riskju komuni u nazzjonali rilevanti li twettqet f'konformità mal-Artikolu 7, inklużi:

(a) 

lista tax-xenarji vvalutati u deskrizzjoni fil-qosor tas-suppożizzjonijiet applikati għal kull wieħed kif ukoll ir-riskji/in-nuqqasijiet identifikati;

(b) 

il-konklużjonijiet ewlenin tal-valutazzjoni tar-riskju.

3.    Standard tal-infrastruttura (Artikolu 5)

Iddeskrivi kif jiġi osservat l-istandard tal-infrastruttura, inklużi l-valuri ewlenin użati fil-formula N – 1 u għażliet alternattivi għall-osservanza tiegħu (ma' Stati Membri ġirien, miżuri fin-naħa tad-domanda) u kapaċitajiet bidirezzjonali eżistenti, kif ġej:

3.1.   Formula N – 1

(i) 

identifikazzjoni tal-akbar infrastruttura unika tal-gass ta' interess komuni għar-reġjun;

(ii) 

kalkolu tal-formula N – 1 f'livell reġjonali;

(iii) 

deskrizzjoni tal-valuri użati għall-elementi kollha fil-formula N – 1, inklużi ċifri intermedji użati għall-kalkolu (eż. għal EPm indika l-kapaċità għall-punti ta' dħul kollha kkunsidrati taħt dan il-parametru);

(iv) 

indikazzjoni tal-metodoloġiji u s-suppożizzjonijiet użati, jekk ikun il-każ, għall-kalkolu tal-parametri fil-formula N – 1 (eż. Dmax) (uża annessi għal spjegazzjonijiet dettaljati).

3.2.   Livell nazzjonali

(a) 

Formula N – 1

(i) 

identifikazzjoni tal-akbar infrastruttura unika tal-gass;

(ii) 

kalkolu tal-formula N – 1 f'livell nazzjonali;

(iii) 

deskrizzjoni tal-valuri użati għall-elementi kollha fil-formula N – 1, inklużi l-valuri intermedji użati għall-kalkolu (eż. għal EPm indika l-kapaċità għall-punti ta' dħul kollha kkunsidrati taħt dan il-parametru);

(iv) 

indikazzjoni tal-metodoloġiji użati, jekk ikun il-każ, għall-kalkolu tal-parametri fil-formula N – 1 (eż. Dmax) (uża annessi għal spjegazzjonijiet dettaljati);

(v) 

jekk l-Istati Membri jiddeċiedu hekk, kalkolu tal-formula N – 1 li tuża miżuri fin-naħa tad-domanda:

— 
il-kalkolu tal-formula N – 1 skont il-punt 2 tal-Anness II;
— 
deskrizzjoni tal-valuri użati għall-elementi kollha fil-formula N – 1, inklużi ċifri intermedji użati għall-kalkolu (jekk differenti miċ-ċifri deskritti fil-punt 3(a)(iii) ta' dan l-Anness);
— 
indikazzjoni tal-metodoloġiji użati, jekk ikun il-każ, għall-kalkolu tal-parametri fil-formula N – 1 (eż. Dmax) (uża annessi għal spjegazzjonijiet dettaljati);
— 
spjegazzjoni tal-miżuri bbażati fuq is-suq fin-naħa tad-domanda adottati/li ser jiġu adottati biex jikkumpensaw interruzzjoni tal-provvista tal-gass u l-impatt mistenni tagħha (Deff);
(vi) 

jekk ikun hemm qbil dwar dan mal-awtoritajiet kompetenti tal-grupp jew gruppi ta' riskju rilevanti jew ma' Stati Membri konnessi direttament, il-kalkolu jew kalkoli konġunti tal-formula N – 1:

— 
il-kalkolu tal-formula N – 1 skont il-punt 5 tal-Anness II;
— 
deskrizzjoni tal-valuri użati għall-elementi kollha fil-formula N – 1, inklużi valuri intermedji użati għall-kalkolu (jekk differenti miċ-ċifri deskritti fil-punt 3(a)(iii) ta' dan l-Anness);
— 
indikazzjoni tal-metodoloġiji u s-suppożizzjonijiet użati, jekk ikun il-każ, għall-kalkolu tal-parametri fil-formula N – 1 (eż. Dmax) (uża annessi għal spjegazzjonijiet dettaljati);
— 
spjegazzjoni tal-arranġamenti miftiehma biex tiżgura l-osservanza tal-formula N – 1.
(b) 

kapaċità bidirezzjonali

(i) 

indika l-punti ta' interkonnessjoni mgħammra bil-kapaċità bidirezzjonali u l-kapaċità massimali ta' flussi bidirezzjonali;

(ii) 

indika l-arranġamenti li jirregolaw l-użu tal-kapaċità ta' fluss fid-direzzjoni opposta (eż. kapaċità interrompibbli);

(iii) 

indika l-punti ta' interkonnessjoni fejn tkun ingħatat eżenzjoni f'konformità mal-Artikolu 5(4), it-tul tal-eżenzjoni u r-raġunijiet li għaliha ngħatat.

4.    Osservanza tal-istandard tal-provvista (l-Artikolu 6)

Iddeskrivi l-miżuri adottati biex jiġi osservat l-istandard tal-provvista kif ukoll kwalunkwe standard tal-provvista tal-gass miżjud jew obbligu ieħor impost għal raġunijiet ta' sigurtà tal-provvista tal-gass:

(a) 

definizzjoni ta' klijenti protetti applikata, inklużi kategoriji ta' klijenti koperti u l-konsum ta' gass annwali tagħhom (skont il-kategorija, valur nett u perċentwal tal-konsum annwali finali nazzjonali tal-gass);

(b) 

volumi ta' gass meħtieġa biex jiġi osservat l-istandard tal-provvista skont ix-xenarji deskritti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1);

(c) 

kapaċità meħtieġa biex jiġi osservat l-istandard tal-provvista skont ix-xenarji deskritti fl-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 6(1);

(d) 

miżura jew miżuri fis-seħħ biex jiġi osservat l-istandard tal-provvista:

(i) 

deskrizzjoni tal-miżura jew miżuri;

(ii) 

destinatarji;

(iii) 

fejn tkun teżisti, iddeskrivi kwalunkwe sistema ta' monitoraġġ ex ante għall-osservanza tal-istandard tal-provvista;

(iv) 

Reġim ta' sanzjonijiet, jekk applikabbli;

(v) 

iddeskrivi, għal kull miżura:

— 
l-impatt ekonomiku, l-effikaċja u l-effiċjenza tal-miżura,
— 
l-impatt tal-miżura fuq l-ambjent,
— 
l-impatt tal-miżuri fuq il-klijent,
(vi) 

fejn jiġu applikati miżuri mhux ibbażati fuq is-suq (għal kull miżura):

— 
iġġustifika għaliex il-miżura hija neċessarja (jiġifieri, għaliex is-sigurtà tal-provvista ma tistax tinkiseb permezz ta' miżuri bbażati fuq is-suq waħdu),
— 
iġġustifika għaliex il-miżura hija proporzjonata (jiġifieri, għaliex il-miżura mhux ibbażata fuq is-suq hija l-inqas mezz restrittiv biex jinkiseb l-effett maħsub),
— 
ipprovdi analiżi tal-impatti ta' tali miżura:
(1) 

fuq sigurtà tal-provvista ta' Stati Membri oħra;

(2) 

fuq is-suq nazzjonali;

(3) 

fuq is-suq intern;

(vii) 

fejn miżuri ġew introdotti fi jew wara l-1 ta' Novembru 2017, jekk jogħġbok agħti sommarju qasir tal-valutazzjoni tal-impatt jew link għall-valutazzjoni tal-impatt pubblika tal-miżura/i li twettqu f'konformità mal-Artikolu 9(4);

(e) 

jekk applikabbli, iddeskrivi kwalunkwe standard tal-provvista tal-gass miżjud jew obbligu ieħor impost għal raġunijiet ta' sigurtà tal-provvista tal-gass:

(i) 

deskrizzjoni tal-miżura jew miżuri;

(ii) 

mekkaniżmi biex tnaqqasha għal valuri tas-soltu fi spirtu ta' solidarjetà u f'konformità mal-Artikolu 13;

(iii) 

jekk applikabbli, iddeskrivi kwalunkwe standard tal-provvista tal-gass ġdid miżjud jew obbligu ieħor impost għal raġunijiet ta' sigurtà tal-provvista tal-gass adottat fi jew wara s-1 ta' Novembru 2017;

(iv) 

destinatarji;

(v) 

volumi u kapaċitajiet ta' gass affettwati;

(vi) 

indika kif dik il-miżura tikkonforma mal-kondizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 6(2).

5.    Miżuri preventivi

Iddeskrivi l-miżuri preventivi fis-seħħ jew li ser jiġu adottati:

(a) 

Iddeskrivi kull miżura preventiva adottata għal kull riskju identifikat skont il-valutazzjoni tar-riskju, inkluża deskrizzjoni ta':

(i) 

id-dimensjoni nazzjonali jew reġjonali tagħhom;

(ii) 

l-impatt ekonomiku, l-effikaċja u l-effiċjenza tagħhom;

(iii) 

l-impatt tagħhom fuq il-klijenti.

Fejn adatt, inkludi:

— 
miżuri biex ittejjeb l-interkonnessjonijiet bejn Stati Membri ġirien;
— 
miżuri biex tiddiversifika r-rotot tal-gass u s-sorsi ta' provvista;

▼M3

— 
miżuri li jevitaw l-ikkapparrar tal-kapaċità;

▼B

— 
Miżuri biex tipproteġi l-infrastruttura prinċipali rilevanti għas-sigurtà tal-provvista fir-rigward tal-kontroll minn entitajiet ta' pajjiżi terzi (inkluż, fejn rilevanti, liġijiet li janalizzaw l-investiment ġenerali jew speċifiku għas-settur, drittijiet speċjali għal ċerti azzjonisti, eċċ.);
(b) 

Iddeskrivi miżuri oħrajn adottati għal raġunijiet oħra minbarra l-valutazzjoni tar-riskju iżda b'impatt pożittiv għas-sigurtà tal-provvista tal-Istat Membru fil-grupp jew gruppi ta' riskju rilevanti.

(c) 

Fejn jiġu applikati miżuri mhux ibbażati fuq is-suq (għal kull miżura):

(i) 

iġġustifika għaliex il-miżura hija neċessarja (jiġifieri, għaliex is-sigurtà tal-provvista ma tistax tinkiseb permezz ta' miżuri bbażati fuq is-suq waħdu);

(ii) 

iġġustifika għaliex il-miżura hija proporzjonata (jiġifieri, għaliex il-miżura mhux ibbażata fuq is-suq hija l-inqas mezz restrittiv biex jinkiseb l-effett maħsub);

(iii) 

ipprovdi analiżi tal-impatt ta' tali miżura:

— 
iġġustifika għaliex il-miżura hija neċessarja (jiġifieri, għaliex is-sigurtà tal-provvista ma tistax tinkiseb permezz ta' miżuri bbażati fuq is-suq waħdu);
— 
iġġustifika għaliex il-miżura hija proporzjonata (jiġifieri, għaliex il-miżura mhux ibbażata fuq is-suq hija l-inqas mezz restrittiv biex jinkiseb l-effett maħsub);
— 
ipprovdi analiżi tal-impatt ta' tali miżura:
(1) 

fuq sigurtà tal-provvista ta' Stati Membri oħra;

(2) 

fuq is-suq nazzjonali;

(3) 

fuq is-suq intern;

(4) 

spjega sa fejn miżuri ta' effiċjenza, inkluż fin-naħa tad-domanda, ġew ikkunsidrati li jżidu s-sigurtà tal-provvista;

(5) 

spjega sa fejn is-sorsi ta' enerġija rinnovabbli ġew ikkunsidrati li jżidu s-sigurtà tal-provvista.

6.    Miżuri u obbligi oħrajn (eż. tħaddim sigur tas-sistema)

Iddeskrivi miżuri u obbligi oħrajn li ġew imposti fuq impriżi tal-gass naturali u korpi rilevanti oħrajn li x'aktarx jista' jkollhom impatt fuq is-sigurtà tal-provvista tal-gass, bħal obbligi għat-tħaddim sigur tas-sistema, inkluż min jiġi affettwat b'dak l-obbligu kif ukoll il-volumi ta' gass koperti. Spjega preċiżament meta u kif dawk il-miżuri japplikaw.

7.    Proġetti infrastrutturali

(a) 

iddeskrivi proġetti infrastrutturali futuri, li jinkludu Proġetti ta' Interessi Komuni, fil-gruppi ta' riskju rilevanti, inkluż il-ħin stmat għat-tħaddim tagħhom, il-kapaċitajiet u l-impatt stmat fuq is-sigurtà tal-provvista tal-gass fil-grupp ta' riskju;

(b) 

indika kif il-proġetti infrastrutturali jieħu inkonsiderazzjoni t-TYNDP fl-Unjoni kollha elaborat mill-ENTSOG skont l-Artikolu 8(10) tar-Regolament (KE) Nru 715/2009.

8.    Obbligi tas-servizz pubbliku relatati mas-sigurtà tal-provvista

Indika l-obbligi tas-servizz pubbliku eżistenti relatati mas-sigurtà tal-provvista u ddeskrivihom fil-qosor (uża l-annessi għal informazzjoni iktar dettaljata). Spjega b'mod ċar min għandu josserva dawn l-obbligi u kif. Jekk applikabbli, iddeskrivi kif u meta jibdew japplikaw dawk l-obbligi tas-servizz pubbliku.

9.    Konsultazzjonijiet mal-partijiet ikkonċernati

F'konformità mal-Artikolu 8(2) ta' dan ir-Regolament, iddeskrivi l-mekkaniżmu użat għall-konsultazzjonijiet imwettqa u r-riżultati tagħhom, għall-iżvilupp ta' dan il-pjan kif ukoll għall-pjan ta' emerġenza, flimkien ma':

(a) 

impriżi tal-gass;

(b) 

organizzazzjonijiet rilevanti li jirrappreżentaw l-interessi tal-unitajiet domestiċi;

(c) 

organizzazzjonijiet rilevanti li jirrappreżentaw l-interessi ta' klijenti industrijali tal-gass, inklużi l-produtturi tal-elettriku;

(d) 

awtorità regolatorja nazzjonali.

10.    Dimensjoni reġjonali

Indika kwalunkwe ċirkostanza u miżura nazzjonali rilevanti għas-sigurtà tal-provvista u mhux koperta fit-taqsimiet preċedenti tal-pjan.

Indika kif ġew ikkunsidrati l-kummenti possibbli riċevuti wara l-konsultazzjoni deskritta fl-Artikolu 8(2).

11.1.   Kalkolu ta' N – 1 fil-livell tal-grupp ta' riskju jekk dan intlaħaq qbil dwaru mill-awtoritajiet kompetenti tal-grupp ta' riskju

Formula N – 1

(a) 

identifikazzjoni tal-akbar infrastruttura unika ta' interess komuni għall-grupp ta' riskju;

(b) 

kalkolu tal-formula N – 1 fil-livell tal-grupp ta' riskju;

(c) 

deskrizzjoni tal-valuri użati għall-elementi kollha fil-formula N – 1, inklużi ċifri intermedji użati għall-kalkolu (eż. għal EPm indika l-kapaċità għall-punti ta' dħul kollha kkunsidrati taħt dan il-parametru);

(d) 

indikazzjoni tal-metodoloġiji u s-suppożizzjonijiet użati, jekk ikun il-każ, għall-kalkolu tal-parametri fil-formula N – 1 (eż. Dmax) (uża annessi għal spjegazzjonijiet dettaljati).

11.2.   Mekkaniżmi żviluppati għall-kooperazzjoni

Iddeskrivi l-mekkaniżmi użati għall-kooperazzjoni fost l-Istati Membri fil-gruppi ta' riskju rilevanti, inkluż għall-iżvilupp ta' miżuri transkonfinali fil-pjan ta' azzjoni preventiva u l-pjan ta' emerġenza.

Iddeskrivi l-mekkaniżmi użati għall-kooperazzjoni ma' Stati Membri oħrajn fit-tfassil u l-adozzjoni tad-dispożizzjonijiet meħtieġa għall-applikazzjoni tal-Artikolu 13.

11.3.   Miżuri preventivi

Iddeskrivi l-miżuri preventivi fis-seħħ jew li ser jiġu adottati fil-grupp ta' riskju jew b'riżultat ta' ftehimiet reġjonali:

(a) 

Iddeskrivi kull miżura preventiva adottata għal kull riskju identifikat skont il-valutazzjoni tar-riskju, inkluża deskrizzjoni ta':

(i) 

l-impatt tagħhom fl-Istati Membri tal-grupp ta' riskju;

(ii) 

l-impatt ekonomiku, l-effikaċja u l-effiċjenza tagħhom;

(iii) 

l-impatt tagħhom fuq l-ambjent;

(iv) 

l-impatt tagħhom fuq il-klijenti.

Fejn adatt, inkludi:

— 
miżuri biex ittejjeb l-interkonnessjonijiet bejn Stati Membri ġirien,
— 
miżuri biex tiddiversifika r-rotot tal-gass u s-sorsi ta' provvista,

▼M3

— 
miżuri li jevitaw l-ikkapparrar tal-kapaċità;

▼B

— 
miżuri biex tipproteġi l-infrastruttura prinċipali rilevanti għas-sigurtà tal-provvista fir-rigward tal-kontroll minn entitajiet ta' pajjiżi terzi (inkluż, fejn rilevanti, liġijiet li janalizzaw l-investiment ġenerali jew speċifiku għas-settur, drittijiet speċjali għal ċerti azzjonisti, eċċ.);
(b) 

iddeskrivi miżuri oħrajn adottati għal raġunijiet oħra minbarra l-valutazzjoni tar-riskju iżda b'impatt pożittiv għas-sigurtà tal-provvista tal-grupp ta' riskju.

(c) 

fejn jiġu applikati miżuri mhux ibbażati fuq is-suq (għal kull miżura):

(i) 

iġġustifika għaliex il-miżura hija neċessarja (jiġifieri, għaliex is-sigurtà tal-provvista ma tistax tinkiseb permezz ta' miżuri bbażati fuq is-suq waħdu);

(ii) 

iġġustifika għaliex il-miżura hija proporzjonata (jiġifieri, għaliex il-miżura mhux ibbażata fuq is-suq hija l-inqas mezz restrittiv biex jinkiseb l-effett maħsub);

(iii) 

ipprovdi analiżi tal-impatt ta' tali miżura:

— 
iġġustifika għaliex il-miżura hija neċessarja (jiġifieri, għaliex is-sigurtà tal-provvista ma tistax tinkiseb permezz ta' miżuri bbażati fuq is-suq waħdu);
— 
iġġustifika għaliex il-miżura hija proporzjonata (jiġifieri, għaliex il-miżura mhux ibbażata fuq is-suq hija l-inqas mezz restrittiv biex jinkiseb l-effett maħsub),
— 
ipprovdi analiżi tal-impatt ta' tali miżura:
(1) 

fuq sigurtà tal-provvista ta' Stati Membri oħra;

(2) 

fuq is-suq nazzjonali;

(3) 

fuq is-suq intern;

(d) 

spjega sa fejn miżuri ta' effiċjenza, inkluż fin-naħa tad-domanda, ġew ikkunsidrati li jżidu s-sigurtà tal-provvista;

(e) 

spjega sa fejn is-sorsi ta' enerġija rinnovabbli ġew ikkunsidrati li jżidu s-sigurtà tal-provvista.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 22.06.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32017R1938
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.