+Artikolu 73 1.

Artikolu 73 1.

Awtorità regolatorja nazzjonali tista’ timponi, skont id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 68, obbligi fuq impriżi biex jissodisfaw talbiet raġonevoli għall-aċċess għal, u l-użu ta’, elementi speċifiċi ta’ netwerks u faċilitajiet assoċjati, f’sitwazzjonijiet fejn l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jqisu li ċ-ċaħda għall-aċċess jew termini u kondizzjonijiet mhux raġonevoli li jkollhom effett simili jkunu jfixklu li jfeġġ suq kompetittiv sostenibbli, u li ma jkunux fl-interess tal-utent finali.

L-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jeżiġu li l-impriżi, fost l-oħrajn:

(a) 

jagħtu lil partijiet terzi aċċess għal, u l-użu ta’, elementi fiżiċi speċifiċi ta’ netwerks u faċilitajiet assoċjati, skont kif xieraq, inkluż aċċess diżassoċjat għal-linja u s-sub-linja lokali;

(b) 

jagħtu lil partijiet terzi aċċess għal elementi u servizzi tan-netwerks, attivi jew virtwali, speċifiċi;

(c) 

jinnegozjaw bona fide ma’ impriżi li jitolbu l-aċċess;

(d) 

ma jirtirawx aċċess diġà mogħti għal faċilitajiet;

(e) 

jipprovdu servizzi speċifiċi bl-ingrossa biex jinbiegħu mill-ġdid minn partijiet terzi;

(f) 

jagħtu aċċess miftuħ lill-interfaċċi tekniċi, protokolli jew teknoloġiji oħra prinċipali li huma indispensabbli għall-interoperabbiltà tas-servizzi jew għas-servizzi tan-netwerks virtwali;

(g) 

jipprovdu l-kolokalizzazzjoni jew forom oħra ta’ użu komuni tal-faċilitajiet assoċjati;

(h) 

jipprovdu s-servizzi speċifiċi meħtieġa biex tiġi żgurata l-interoperabbiltà tas-servizzi minn tarf sa tarf lill-utenti, jew tar-roaming fuq netwerks mobbli;

(i) 

jipprovdu aċċess għal sistemi ta’ sostenn operazzjonali jew sistemi simili ta’ softwer li hu meħtieġ biex tkun żgurata kompetizzjoni ġusta fil-forniment tas-servizzi;

(j) 

jagħmlu interkonnessjoni ma’ netwerks jew faċilitajiet tan-netwerks;

(k) 

jipprovdu l-aċċess għas-servizzi assoċjati bħalma huma servizzi tal-identità, il-lok u l-preżenza.

Ma’ dawk l-obbligi, l-awtoritajiet regolatorji nazzjonali jistgħu jimponu kondizzjonijiet li jkopru l-ekwità, r-raġonevolezza u l-puntwalità.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 18.10.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L1972
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.