|
+Artikolu 2 Definizzjonijiet |
Artikolu 2 DefinizzjonijietArtikolu 2 Definizzjonijiet Għall-finijiet ta' din id-Direttiva, japplikaw id-definizzjonijiet rilevanti fid-Direttiva 2009/72/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 1 ). Japplikaw ukoll id-definizzjonijiet li ġejjin:
(1)
“enerġija minn sorsi rinnovabbli” jew “enerġija rinnovabbli” tfisser enerġija minn sorsi rinnovabbli mhux fossili, jiġifieri enerġija eolika, solari (solari termika u solari fotovoltajka) u enerġija ġeotermika, enerġija osmotika, enerġija ambjentali, mill-marea, mill-mewġ u forom oħra ta’ enerġija mill-baħar, enerġija idroelettrika, enerġija tal-bijomassa, tal-gassijiet tal-landfills, tal-gassijiet minn impjanti għat-trattament tad-drenaġġ, u bijogass;
(1a)
“injam tond ta’ grad industrijali” tfisser zkuk għas-serrar, zkuk għall-fuljetti, polpa tal-injam (tonda jew maqsuma), kif ukoll injam tond li huwa adattat għal skopijiet industrijali, bl-esklużjoni tal-injam tond li minħabba l-karatteristiċi tiegħu, bħall-ispeċi, id-dimensjonijiet, l-integrità u d-densità tan-nodi, ma jkunx adattat għall-użu industrijali kif definit u debitament iġġustifikat mill-Istati Membri skont il-kundizzjonijiet rilevanti tal-foresti u tas-suq;
(2)
“enerġija ambjentali” tfisser enerġija termali naturali u enerġija akkumulata fl-ambjent b'konfini limitati, li tista' tinħażen fl-arja ambjentali minbarra fl-arja tal-egżost, jew fl-ilma tal-wiċċ jew tad-drenaġġ;
(3)
“enerġija ġeotermali” tfisser l-enerġija maħżuna fil-forma ta' sħana taħt il-wiċċ tal-art solida;
(4)
“konsum finali gross tal-enerġija” tfisser il-prodotti tal-enerġija li għal finijiet ta’ enerġija jiġu kkunsinnati lill-industrija, it-trasport, l-unitajiet domestiċi, is-servizzi inkluż is-servizzi pubbliċi, l-agrikoltura, il-forestrija u s-sajd, l-konsum ta’ elettriku u sħana mill-fergħa tal-enerġija għall-produzzjoni tal-elettriku u tas-sħana, u t-telf ta’ elettriku u sħana fid-distribuzzjoni u t-trażmissjoni;
(5)
“skema ta' appoġġ” tfisser kull strument, skema jew mekkaniżmu applikat minn Stat Membru jew grupp ta' Stati Membri, li jippromwovi l-użu ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli billi titnaqqas l-ispiża ta' dik l-enerġija, billi jiżdied il-prezz li bih tista' tinbiegħ, permezz ta' obbligu ta' enerġija rinnovabbli jew inkella, il-volum ta' tali enerġija mixtrija, inkluż iżda mhux limitat għal, għajnuna għall-investiment, eżenzjonijiet jew tnaqqis mit-taxxa, rifużjonijiet tat-taxxa, skemi ta' appoġġ għall-obbligu ta' enerġija rinnovabbli inkluż dawk li jużaw ċertifikati ekoloġiċi, u skemi ta' appoġġ dirett għall-prezzijiet inkluż tariffi “feed-in” u ħlasijiet ta' primjums varjabbli jew fissi;
(6)
“obbligu ta' enerġija rinnovabbli” tfisser skema ta' appoġġ li tirrikjedi li l-produtturi tal-enerġija jinkludu fil-produzzjoni tagħhom sehem partikolari ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli, li tirrikjedi li l-fornituri tal-enerġija jinkludu sehem partikolari ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli fil-provvista tagħhom, jew li tirrikjedi li l-konsumaturi tal-enerġija jinkludu fil-konsum tagħhom sehem partikolari ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli, inklużi skemi li bihom dawn ir-rekwiżiti jistgħu jiġu sodisfatti permezz tal-użu ta' ċertifikati ekoloġiċi;
(7)
“strument finanzjarju” tfisser strument finanzjarju kif definiti fil-punt (29) tal-Artikolu 2 tar-Regolament (UE, Euratom) Nru 2018/1046 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 2 );
(8)
“SME” tfisser intrapriża mikro, żgħira jew ta' daqs medju kif definita fl-Artikolu 2 tal-Anness tar-Rakkomandazzjoni tal-Kummissjoni 2003/361/KE ( 3 );
(9)
“sħana u kesħa mormija” tfisser sħana jew kesħa inevitabbli ġġenerata bħala prodott sekondarju f'installazzjonijiet industrijali jew tal-ġenerazzjoni tal-elettriku, jew f'settur terzjarju, li tiġi dissipata bla ma tintuża fl-arja jew fl-ilma bla aċċess għal sistema ta' tisħin jew tkessiħ distrettwali, fejn ikun intuża jew ser jintuża l-proċess ta' koġenerazzjoni jew fejn il-koġenerazzjoni mhix fattibbli;
(9a)
“żona ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli” tfisser post jew żona speċifika, kemm jekk fuq l-art jew fil-baħar jew fl-ilmijiet interni, li Stat Membru jkun iddeżinja bħala partikolarment adattata għall-installazzjoni ta’ impjanti tal-enerġija rinnovabbli;
(9b)
“tagħmir tal-enerġija solari” tfisser tagħmir li jikkonverti l-enerġija mix-xemx f’enerġija termika jew elettrika, b’mod partikolari tagħmir solari termiku u solari fotovoltajku;
(10)
“tiġdid (repowering)” tfisser it-tiġdid ta' impjanti tal-elettriku li jipproduċu l-enerġija rinnovabbli, inkluż is-sostituzzjoni sħiħa jew parzjali tal-installazzjonijiet jew tas-sistemi u t-tagħmir tal-operazzjoni għal finijiet tas-sostituzzjoni tal-kapaċità jew taż-żieda tal-effiċjenza jew tal-kapaċità tal-installazzjoni;
(11)
“operatur tas-sistema tad-distribuzzjoni” tfisser operatur kif definit fil-punt (6) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/72/KE u fil-punt (6) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2009/73/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 4 );
(12)
“garanzija tal-oriġini” tfisser dokument elettroniku li għandu l-funzjoni unika li jagħti evidenza lil klijent finali li sehem jew kwantità partikolari ta' enerġija ġiet prodotta minn sorsi rinnovabbli;
(13)
“taħlita ta' enerġija residwa” tfisser it-taħlita tal-enerġija annwali totali għal Stat Membru, minbarra l-parti koperta mill-garanziji tal-oriġini kkanċellati;
(14)
“awtokonsumatur ta' sorsi rinnovabbli” tfisser klijent finali li jopera fil-bini tiegħu li jkun jinsab fi ħdan konfini limitati jew, fejn ikun permess mill-Istati Membri, f'binjiet oħra, li jiġġenera elettriku rinnovabbli għall-konsum tiegħu stess, u li jista' jaħżen jew jbigħ l-elettriku rinnovabbli ġġenerat minnu stess, dment li, għall-awtokonsumaturi ta' sorsi rinnovabbli li mhumiex unitajiet domestiċi, dawk l-attivitajiet ma jikkostitwixxux l-attività kummerċjali jew professjonali primarja tagħhom;
(14a)
“żona tal-offerti” tfisser żona tal-offerti kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (65) tar-Regolament (UE) 2019/943 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 5 );
(14b)
“teknoloġija innovattiva tal-enerġija rinnovabbli” tfisser teknoloġija li tiġġenera l-enerġija rinnovabbli li ttejjeb, b’mill-anqas mod wieħed, teknoloġija rinnovabbli komparabbli tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku, jew li tirrendi teknoloġija tal-enerġija rinnovabbli li mhijiex kummerċjalizzata kompletament jew li tinvolvi livell ta’ riskju sfruttabli;
(14c)
“sistema ta’ kejl intelliġenti” tfisser sistema ta’ kejl intelliġenti kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (23) tad-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 6 );
(14d)
“punt tal-irriċarġjar” tfisser punt tal-irriċarġjar kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (48) tar-Regolament (UE) 2023/1804 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 );
(14e)
“parteċipant tas-suq” tfisser parteċipant tas-suq kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (25) tar-Regolament (UE) 2019/943;
(14f)
“swieq tal-elettriku” tfisser swieq tal-elettriku kif definiti fl-Artikolu 2, il-punt (9) tad-Direttiva (UE) 2019/944;
(14g)
“batterija domestika” tfisser batterija rikarikabbli awtonoma b’kapaċità nominali ta’ aktar minn 2 kwh, li hija adattata għall-installazzjoni u għall-użu f’ambjent domestiku;
(14h)
“batterija ta’ vettura elettrika” tfisser batterija ta’ vettura elettrika kif definita fl-Artikolu 3(1), il-punt (14), tar-Regolament (UE) 2023/1542 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 8 );
(14i)
“batterija industrijali” tfisser batterija industrijali kif definita fl-Artikolu 3(1), il-punt (13), tar-Regolament (UE) 2023/1542;
(14j)
“stat tas-saħħa” tfisser stat tas-saħħa kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (28), tar-Regolament (UE) 2023/1542;
(14k)
“stat taċ-ċarġ” tfisser stat taċ-ċarġ kif definit fl-Artikolu 3(1), il-punt (27),tar-Regolament (UE) 2023/1542;
(14l)
“set point tal-potenza” tfisser l-informazzjoni dinamika miżmuma f’sistema ta’ ġestjoni tal-batterija li tippreskrivi l-parametri tal-enerġija elettrika li fiha l-batterija jenħtieġ li topera bl-aħjar mod matul operazzjoni ta’ rriċarġjar jew ta’ skarikar, sabiex l-istat tas-saħħa u l-użu operattiv tagħha jkunu ottimizzati;
(14m)
“irriċarġjar intelliġenti” tfisser operazzjoni ta’ rriċarġjar li fiha l-intensità tal-elettriku fornut lill-batterija tiġi aġġustata b’mod dinamiku, abbażi tal-informazzjoni li tasal permezz ta’ komunikazzjoni elettronika;
(14n)
“awtorità regolatorja” tfisser awtorità regolatorja definita fl-Artikolu 2, il-punt (2) tar-Regolament (UE) 2019/943;
14o)
“irriċarġjar bidirezzjonali” tfisser irriċarġjar bidirezzjonali kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (11), tar-Regolament (UE) 2023/1804;
(14p)
“punt tal-irriċarġjar b’enerġija normali” tfisser punt tal-irriċarġjar b’enerġija normali kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (37), tar- Regolament (UE) 2023/1804;
(14q)
“ftehim dwar ix-xiri tal-enerġija rinnovabbli” tfisser kuntratt li permezz tiegħu persuna fiżika jew ġuridika taqbel li tixtri enerġija rinnovabbli direttament mingħand produttur, li jinkludi, iżda mhuwiex limitat għal, ftehimiet dwar ix-xiri tal-enerġija rinnovabbli, ftehimiet dwar ix-xiri tat-tisħin u t-tkessiħ minn sorsi rinnovabbli;
(15)
“awtokonsumaturi ta' sorsi rinnovabbli li jaġixxu konġuntament” tfisser grupp ta' mill-inqas żewġ awtokonsumaturi ta' sorsi rinnovabbli li jaġixxu konġuntament f'konformità mal-punt (14) li jinsabu fl-istess blokk bini jew f'bini b'aktar minn appartament wieħed;
(16)
“komunità tal-enerġija rinnovabbli” tfisser entità legali:
(a)
li, skont il-liġi nazzjonali applikabbli, hija bbażata fuq parteċipazzjoni miftuħa u volontarja, hija awtonoma, u hija fil-fatt ikkontrollata minn azzjonisti jew membri li jinsabu fl-inħawi tal-proġetti ta' enerġija minn sorsi rinnovabbli li huma proprjetà ta' dik l-entita' ġuridika u żviluppati minnha;
(b)
li l-azzjonisti jew il-membri tagħha jkunu persuni fiżiċi, SMEs jew awtoritajiet lokali, inkluż muniċipalitajiet;
(c)
li l-għan ewlieni tagħha huwa li tipprovdi benefiċċji komunitarji ambjentali, ekonomiċi jew soċjali għall-azzjonisti jew membri tagħha jew għaż-żoni lokali fejn topera u mhux għall-profitti finanzjarji;
(17)
“ftehim dwar ix-xiri tal-elettriku minn sorsi ta' enerġija rinnovabbli” tfisser kuntratt li bih persuna ġuridika jew fiżika taqbel li tixtri l-elettriku rinnovabbli direttament mingħand produttur tal-enerġija;
(18)
“kummerċ bejn il-pari” ta' enerġija rinnovabbli tfisser il-bejgħ ta' enerġija rinnovabbli bejn il-parteċipanti fis-suq permezz ta' kuntratt b'kundizzjonijiet predeterminati li jirregolaw l-eżekuzzjoni u s-saldu awtomatizzati tat-transazzjoni, jew direttament bejn il-parteċipanti fis-suq jew indirettament permezz ta' parteċipant fis-suq iċċertifikat ta' parti terza, bħal aggregatur. Id-dritt li jsir il-kummerċ bejn il-pari għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligi tal-partijiet involuti bħala klijenti finali, produtturi, fornituri jew aggregaturi;
(18a)
“industrija” tfisser l-impriżi u l-prodotti li jaqgħu taħt it-taqsimiet B, C, u F u taħt it-taqsima J, id-diviżjoni (63) tal-klassifikazzjoni statistika tal-attivitajiet ekonomiċi (NACE REV.2), kif stabbiliti fir-Regolament (KE) Nru 1893/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 9 );
(18b)
“skop mhux ta’ enerġija” tfisser l-użu ta’ karburanti bħala materja prima fi proċess industrijali, aktar milli jipproduċu l-enerġija;
(19)
“tisħin distrettwali” jew “tkessiħ distrettwali” tfisser id-distribuzzjoni ta' enerġija termali f'forma ta' fwar, ilma sħun jew likwidi mkessħin, minn sorsi ċentrali jew deċentralizzati ta' produzzjoni permezz ta' netwerk lejn diversi binjiet jew siti, għall-użu ta' tisħin jew tkessiħ ta' spazju jew proċess;
(20)
“tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti” tfisser tisħin u tkessiħ distrettwali effiċjenti kif ddefinit fil-punt (41) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2012/27/UE;
(21)
“koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja” tfisser koġenerazzjoni ta' effiċjenza għolja kif ddefinit fil-punt (34) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2012/27/UE;
(22)
“ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija” tfisser ċertifikat tal-prestazzjoni tal-enerġija kif ddefinit fil-punt (12) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2010/31/UE;
(22a)
“karburanti rinnovabbli” tfisser bijokarburanti, bijolikwidi, karburanti tal-bijomassa u karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika;
(22b)
“l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel’ tfisser il-prinċipju li l-effiċjenza enerġetika tiġi l-ewwel kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (18), tar-Regolament (UE) 2018/1999;”
(23)
“skart” tfisser skart kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE bl-esklużjoni ta' sustanzi li jkunu ġew modifikati jew kontaminati intenzjonalment sabiex jissodisfaw din id-definizzjoni;
(24)
“bijomassa” tfisser il-frazzjoni bijodegradabbli ta' prodotti, skart u residwi ta' oriġini bijoloġika mill-agrikoltura, inkluż sustanzi veġetali u mill-annimali, mill-industriji forestali u industriji relatati, inkluż is-sajd u l-akkwakultura, kif ukoll il-frazzjoni bijodegradabbli ta' skart, inkluż l-iskart industrijali u muniċipali ta' oriġini bijoloġika;
(25)
“bijomassa agrikola” tfisser bijomassa prodotta mill-agrikoltura;
(26)
“bijomassa tal-foresta” tfisser bijomassa prodotta mill-forestrija;
(27)
“karburanti mill-bijomassa” tfisser karburanti gassużi u solidi prodotti mill-bijomassa;
(28)
“bijogass” tfisser karburanti gassużi prodotti mill-bijomassa;
(29)
“bijoskart” tfisser bijoskart kif iddefinit fil-punt (4) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE;
(30)
“żona tas-sorsi” tfisser iż-żona definita ġeografikament li tkun is-sors tal-materja prima mill-bijomassa forestali, li minnha tkun disponibbli informazzjoni affidabbli u indipendenti u fejn il-kundizzjonijiet huma omoġenji biżżejjed biex jiġi evalwat ir-riskju tas-sostenibbiltà u l-karatteristiċi tal-legalità tal-bijomassa forestali;
(31)
“riġenerazzjoni tal-foresti” tfisser l-istabbiliment mill-ġdid ta' art forestata permezz ta' mezzi naturali jew artifiċjali wara t-tneħħija ta' art forestata preċedenti bil-qtugħ tas-siġar jew minħabba kawżi naturali, inkluż nar jew maltempata;
(32)
“bijolikwidi” tfisser karburant likwidu għal għanijiet ta' enerġija minbarra għat-trasport, inkluż l-elettriku u t-tisħin u t-tkessiħ, prodott mill-bijomassa;
(33)
“bijokarburanti” tfisser karburant likwidu għat-trasport prodott mill-bijomassa;
(34)
“bijokarburanti avvanzati” tfisser bijokarburanti li huma prodotti mill-materji prima elenkati fil-Parti A tal-Anness IX;
(35)
“karburanti tal-karbonju riċiklat” tfisser karburanti likwidi u gassużi prodotti minn flussi ta' skart likwidu jew solidu ta' oriġini mhux rinnovabbli li ma jkunux adatti għall-irkupru materjali skont l-Artikolu 4 tad-Direttiva 2008/98/KE, jew minn gass mill-ipproċessar tal-iskart u gass tal-egżost ta' oriġini mhux rinnovabbli li jiġu prodotti bħala konsegwenza inevitabbli u mhux intenzjonati tal-proċess ta' produzzjoni fl-installazzjonijiet industrijali;
(36)
“karburanti rinnovabbli ta’ oriġini mhux bijoloġika” tfisser karburanti likwidi u gassużi li l-kontenut enerġetiku tagħhom huwa derivat minn sorsi rinnovabbli minbarra l-bijomassa;
(37)
“bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti mill-bijomassa b'riskju baxx ta' bidla indiretta fl-użu tal-art” tfisser bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti mill-bijomassa, li l-materja prima tagħhom ġiet prodotta fi skemi li jevitaw l-effetti ta' spostament tal-bijokarburanti, il-bijolikwidi u l-karburanti mill-bijomassa bbażati fuq l-għelejjel tal-ikel u tal-għalf permezz ta' prattiki agrikoli mtejba kif ukoll permezz tal-kultivazzjoni ta' għelejjel f'żoni li qabel ma kinux jintużaw għall-kultivazzjoni tal-għelejjel, u li ġew prodotti f'konformità mal-kriterji ta' sostenibbiltà għall-bijokarburanti, bijolikwidi u karburanti mill-bijomassa stipulati fl-Artikolu 29;
(38)
“fornitur tal-karburant” tfisser entità li tipprovdi l-karburant fis-suq li tkun responsabbli biex tgħaddi l-karburant minn punt ta' dazju tas-sisa jew, fil-każ tal-elettriku jew fejn l-ebda dazju tas-sisa mhu dovut jew fejn jkun debitament ġustifikat, kwalunkwe entità rilevanti oħra magħżula minn Stat Membru;
(39)
“għelejjel b'kontenut għoli ta' lamtu” tfisser għelejjel li jinkludu prinċipalment ċereali, irrispettivament minn jekk jintużawx biss iż-żrieragħ jew il-pjanta kollha, bħal fil-każ tal-qamħirrun aħdar; tuberi u għelejjel tal-għeruq, bħal patata, artiċokks, patata ħelwa, kassava u jam; u għelejjel tal-basla tuberuża, bħal taro u cocoyam;
(40)
“għelejjel tal-ikel u l-għalf” tfisser għelejjel b'kontenut għoli ta' lamtu, għelejjel taz-zokkrijiet jew għelejjel taż-żejt prodotti fuq art agrikola bħala għelejjel ewlenin minbarra r-residwi, il-materjal skartat jew linjoċellulożiku u l-għelejjel intermedji, bħall-għelejjel tat-titwiq u l-għelejjel ta' kopertura dment li l-użu ta' tali għelejjel intermedji ma joħloqx domanda għal aktar art;
(41)
“materjal linjoċellulożiku” tfisser materjal magħmul minn linjin, ċelluloża u emiċelluloża bħal bijomassa li toriġina minn foresti, għelejjel ta' injam għall-enerġija u residwi u skart ta' industriji li huma bbażati fuq il-foresti;
(42)
“materjal ċellulożiku mhux tal-ikel” tfisser materja prima prinċipalment magħmula minn ċelluloża u emiċelluloża, b'kontenut aktar baxx ta' linjin minn materjal linjoċellulożiku; hija tinkludi residwi tal-ikel u tal-għalla tal-ikel, bħal tiben, magħlef, ħlief u qxur; għelejjel tal-enerġija ta' ħaxix b'kontenut baxx ta' lamtu, bħal sikrana, switchgrass, miscanthus, kannamieli kbar; għelejjel ta' kopertura qabel u wara l-għelejjel ewlenin; għelejjel ta' newb il-bwar; residwi industrijali, inkluż minn għelejjel għall-ikel u l-għalf wara li ż-żjut veġetali, zokkrijiet, lamti u proteini jkunu ġew estratti;, u materjal mill-bijoskart fejn l-għelejjel ta' newb il-bwar u ta' kopertura huma mifhuma li jkunu mergħat miżrugħa temporanji u fuq perijodu qasir li jinkludu taħlita ta' ħaxix u legumi b'kontenut baxx ta' lamtu biex jinkiseb għalf għall-bhejjem u titjieb il-fertilità tal-ħamrija biex jinkisbu rendimenti ogħla ta' għelejjel ewlenin li jinħartu;
(43)
“residwu” tfisser sustanza li ma tkunx il-prodott(i) finali li proċess ta' produzzjoni jkun maħsub li jipproduċi direttament; li ma tkunx l-għan primarju tal-proċess ta' produzzjoni u l-proċess ma jkunx ġie mmodifikat apposta biex jipproduċiha;
(44)
“residwi mill-agrikoltura, l-akkwakultura, is-sajd u l-forestrija” tfisser residwi li huma ġġenerati direttament mill-agrikoltura, l-akkwakultura, is-sajd u l-forestrija u li ma jinkludux residwi minn industriji relatati jew minn ipproċessar relatat;
(44a)
“foresta ta” tħawwil’ tfisser foresta ta’ tħawwil kif definita fl-Artikolu 2, il-punt (11), tar-Regolament (UE) 2023/1115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 10 );
(44b)
“enerġija osmotika” tfisser enerġija maħluqa mid-differenza fil-konċentrazzjoni tal-melħ bejn żewġ fluwidi, bħal ilma ħelu u ilma mielaħ;
(44c)
“effiċjenza tas-sistema” tfisser l-għażla ta’ soluzzjonijiet effiċjenti fl-enerġija fejn dawn jippermettu wkoll perkors ta’ dekarbonizzazzjoni kosteffettiv, flessibbiltà addizzjonali u l-użu effiċjenti tar-riżorsi
(44d)
“ħażna ta” enerġija kolokalizzata’ tfisser faċilità ta’ ħażna ta’ enerġija flimkien ma’ faċilità ta’ produzzjoni ta’ enerġija rinnovabbli u konnessi mal-istess punt ta’ aċċess għall-grilja;
(44e)
“vettura elettrika solari” tfisser vettura bil-mutur mgħammra b’sistema ta’ propulsjoni li fiha biss magni elettriċi mhux periferiċi bħala konvertitur tal-enerġija b’sistema ta’ ħażna ta’ enerġija elettrika rikarikabbli, li tista’ tiġi rriċarġjata esternament, u b’pannelli fotovoltajċi integrati fil-vettura;
(45)
“valur reali” tfisser l-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra għall-fażijiet kollha, jew uħud minnhom, ta' proċess ta' produzzjoni ta' bijokarburant, ta' bijolikwidu jew ta' karburant mill-bijomassa speċifiku, ikkalkulat skont il-metodoloġija stipulata fil-Parti C tal-Anness V jew il-Parti B tal-Anness VI;
(46)
“valur tipiku” tfisser stima tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra u l-iffrankar tal-emissjonijiet tal-gassijiet serra għal linja ta' produzzjoni ta' bijokarburant, bijolikwidu jew bijokarburant mill-bijomassa partikolari, li huwa rappreżentattiv tal-konsum tal-Unjoni;
(47)
“valur awtomatiku” tfisser valur idderivat minn valur tipiku permezz tal-applikazzjoni ta' fatturi determinati minn qabel u li jista', f'ċirkostanzi speċifikati f'din id-Direttiva, jintuża minflok valur reali. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|