+Artikolu 16a 5.
|
Artikolu 16a 5.
Wara l-proċess tal-iskrinjar, l-applikazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 3 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiġu awtorizzati minn perspettiva ambjentali mingħajr il-bżonn ta’ kwalunkwe deċiżjoni espliċita mill-awtorità kompetenti, sakemm l-awtorità kompetenti ma tadottax deċiżjoni amministrattiva, li tistabilixxi raġunijiet dovuti ibbażati fuq evidenza ċara, li proġett speċifiku għandu probabbiltà kbira li jikkawża effetti negattivi sinifikanti imprevisti fid-dawl tas-sensittività ambjentali taż-żona ġeografika fejn ikun jinsab il-proġett li ma jistgħux jittaffew bil-miżuri identifikati fil-pjanijiet li jiddeżinjaw iż-żoni ta’ aċċelerazzjoni għall-enerġija rinnovabbli jew proposti mill-iżviluppatur tal-proġett. Tali deċiżjonijiet għandhom ikunu disponibli għall-pubbliku. Tali proġetti tal-enerġija rinovabbli għandhom ikunu soġġetti għal valutazzjoni tal-impatt ambjentali skont id-Direttiva 2011/92/UE u, jekk applikabbli, għal valutazzjoni skont id-Direttiva 92/43/KEE, li għandha titwettaq fi żmien sitt xhur mid-deċiżjoni amministrattiva li tidentifika probbabiltà għolja ta’ effetti negattivi sinifikanti mhux previsti. Meta debitament ġustifikat abbażi ta’ ċirkostanzi straordinarji, dak il-perjodu ta’ sitt xhur jista’ jiġi estiż sa sitt xhur. Fil-każ ta’ ċirkostanzi ġustifikati, inkluż fejn meħtieġ biex jiġi aċċelerat il-varar tal-enerġija rinnovabbli biex jintlaħqu l-miri tal-klima u tal-enerġija rinnovabbli, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw proġetti eoliċi u fotovoltajċi solari minn tali valutazzjonijiet. Fejn l-Istati Membri jeżentaw proġetti eoliċi u fotovoltajċi solari minn dawk il-valutazzjonijiet, l-operatur għandu jadotta miżuri ta’ mitigazzjoni proporzjonati jew, fejn tali miżuri ta’ mitigazzjoni ma humiex disponibbli, miżuri kumpensatorji, li, jekk ma jkunux disponibbli miżuri ta’ kumpens proporzjonati oħra, jistgħu jieħdu l-forma ta’ kumpens monetarju, biex jiġi indirizzat kwalunkwe effett negattiv. Meta dawk l-effetti negattivi jkollhom impatt fuq il-protezzjoni tal-ispeċijiet, l-operatur għandu jħallas kumpens monetarju għall-programmi ta’ protezzjoni tal-ispeċijiet għad-durata tal-operazzjoni tal-impjant tal-enerġija rinnovabbli, sabiex jiġi żgurat jew jittejjeb l-istatus ta’ konservazzjoni tal-ispeċijiet milquta.
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 16.07.2024 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018L2001
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|