|
+ANNESS IX |
ANNESS IX
ANNESS IX Parti A. ►M2 Materja prima għall-produzzjoni ta’ bijogass għat-trasport u ta’ bijokarburanti avvanzati: ◄
(a)
Alka jekk ikkultivata fuq l-art f'għadajjar jew fotobijoreatturi;
(b)
Frazzjoni ta' bijomassa ta' skart muniċipali mħallat, iżda mhux skart domestiku soġġett għal miri ta' riċiklaġġ skont il-punt (a) tal-Artikolu 11(2) tad-Direttiva 2008/98/KE;
(c)
Bijoskart kif definit fil-punt (4) tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2008/98/KE minn unitajiet domestiċi privati soġġetti għal ġbir separat kif definit fil-punt (11) tal-Artikolu 3 ta' dik id-Direttiva;
(d)
Frazzjoni ta' bijomassa ta' skart industrijali li mhux adatt biex jintuża fil-katina alimentari jew tal-għalf, inklużi materjali mill-industrija tal-bejgħ bl-imnut u bl-ingrossa u dik agroalimentari u tas-sajd u l-akkwakultura, u esklużi l-materja prima elenkati fil-parti B ta' dan l-Anness;
(e)
Tiben;
(f)
Demel tal-annimali u ħama tad-drenaġġ;
(g)
Effluwent minn imtieħen taż-żejt tal-palm u għenieqed vojta tal-frott tal-palma;
(h)
Żift taż-żejt tal-arżnu;
(i)
Gliċerina mhux raffinata;
(j)
Bagassa;
(k)
Residwi tal-għasra u karfa tal-inbid;
(l)
Qxur tal-ġewż;
(m)
Ħliefa;
(n)
Ċfaċagħ imnaddfa minn ħabb il-qamħirrum;
(o)
Frazzjoni ta' bijomassa ta' skart u residwi mill-forestrija u l-industriji bbażati fuq il-forestrija, jiġifieri qxur tas-siġar, friegħi, żbir ta' qabel il-kummerċjalizzazzjoni, weraq, weraq tal-arżnu, qċaċet tas-siġar, serratura, fdalijiet mill-qtugħ tas-siġar, likur iswed, likur kannella, tajn tal-fibra, linjin u żejt tal-arżnu;
(p)
Materjal ċellulożiku mhux tal-ikel ieħor;
(q)
Materjal linjoċellulożiku ieħor għajr zkuk maqtugħin u zkuk maqtugħin miksija b'fuljetta fina;
(r)
Żjut fusel mid-distillazzjoni alkoħolika;
(s)
Metanol mhux ipproċessat minn polpa kraft li ġejja mill-produzzjoni ta’ polpa tal-injam;
(t)
Għelejjel intermedji, meta jintużaw għall-produzzjoni tal-bijofjuwil għas-settur tal-avjazzjoni, bħall-għelejjel tat-titwiq u għelejjel ta’ kopertura li jitkabbru f’żoni meta minħabba perjodu qasir ta’ veġetazzjoni l-produzzjoni ta’ għelejjel tal-ikel u tal-għalf tkun limitata għal ħsad wieħed u dment li l-użu tagħhom ma jwassalx għal domanda għal art addizzjonali, u dment li jinżamm il-kontenut ta’ materja organika fil-ħamrija;
(u)
Għelejjel imkabbra fuq art li ddeterjorat b’mod gravi, minbarra għelejjel tal-ikel u tal-għalf, meta jintużaw għall-produzzjoni tal-bijofjuwil għas-settur tal-avjazzjoni;
(v)
Ċjanobatterji. Parti B. ►M2 ►C4 Il-materja prima għall-produzzjoni ta’ bijokarburanti u ta’ bijogass għat-trasport, li l-kontribut tagħha għall-miri msemmija fl-Artikolu 25(1), l-ewwel subparagrafu, il-punt (a), għandu jkun limitat: ◄ ◄
(a)
Żejt tal-ikel użat;
(b)
Xaħam tal-annimali kklassifikat bħala tal-kategoriji 1 u 2 f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 1069/2009;
(c)
Għelejjel danneġġati li mhumiex tajbin għall-użu fil-katina tal-ikel jew tal-għalf, minbarra sustanzi li ġew modifikati jew ikkontaminati intenzjonalment sabiex jissodisfaw din id-definizzjoni;
(d)
Ilma mormi muniċipali u derivattivi għajr il-ħama tad-drenaġġ;
(e)
Għelejjel imkabbra fuq art li ddeterjorat b’mod gravi, minbarra għelejjel tal-ikel u tal-għalf elenkati fil-Parti A ta’ dan l-Anness, meta jintużaw għall-produzzjoni tal-bijofjuwil għas-settur tal-avjazzjoni;
(f)
Għelejjel intermedji, meta ma jintużawx għall-produzzjoni tal-bijofjuwil għas-settur tal-avjazzjoni, u jeskludu materja prima elenkata fil-Parti A ta’ dan l-Anness, bħall-għelejjel tat-titwiq u għelejjel ta’ kopertura li jitkabbru f’żoni fejn minħabba perjodu qasir ta’ veġetazzjoni l-produzzjoni ta’ għelejjel tal-ikel u tal-għalf tkun limitata għal ħsad wieħed u dment li l-użu tagħhom ma jwassalx għal domanda għal art addizzjonali, u dment li jinżamm il-kontenut ta’ materja organika fil-ħamrija. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|