+Artikolu 15 Organizzazzjonijiet
---+Artikolu 15 1.
---+Artikolu 15 2.
---+Artikolu 15 3.
---+Artikolu 15 4.
---+Artikolu 15 5.
|
Artikolu 15 Organizzazzjonijiet
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 15 1.
|
Sakemm ma jkunx stabbilit mod ieħor bl-atti delegati msemmija fl-Artikolu 19, l-organizzazzjonijiet responsabbli għad-disinn u għall-produzzjoni ta' prodotti, parts u tagħmir mhux installat għandhom ikunu soġġetti għal ċertifikazzjoni u għandha tinħarġilhom approvazzjoni. Dik l-approvazzjoni għandha tinħareġ meta ssir applikazzjoni, meta l-applikant ikun wera li jikkonforma mar-regoli stabbiliti mill-atti delegati msemmija fl-Artikolu 19 biex tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 9. Dik l-approvazzjoni għandha tispeċifika l-privileġġi li ngħataw lill-organizzazzjoni u l-ambitu tal-approvazzjoni.
|
|
Artikolu 15 2.
|
Approvazzjoni għandha tkun meħtieġa wkoll fir-rigward ta':
(a)
l-organizzazzjonijiet responsabbli għall-manutenzjoni u għall-ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà kontinwa ta' prodotti, parts u tagħmir mhux installat, u
(b)
l-organizzazzjonijiet involuti fit-taħriġ ta' persunal responsabbli għar-rilaxx ta' prodott, part jew tagħmir mhux installat wara li ssir manutenzjoni;
Madankollu, l-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għal sitwazzjonijiet li fihom, bħala riżultat tal-adozzjoni tal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 17(1), b'kont meħud tal-objettivi u l-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 1 u 4, u b'mod partikolari n-natura u r-riskju tal-attività kkonċernata, dawn l-approvazzjonijiet mhumiex meħtieġa. L-approvazzjonijiet imsemmija f'dan il-paragrafu għandhom jinħarġu meta ssir applikazzjoni, meta l-applikant ikun wera li jikkonforma mal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 17 adottati biex tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 9.
|
|
Artikolu 15 3.
|
L-approvazzjonijiet imsemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu għandhom jispeċifikaw il-privileġġi li ngħataw lill-organizzazzjoni. Dawk l-approvazzjonijiet jistgħu jiġu emendati biex jiżdiedu jew jitneħħew privileġġi, f'konformità mal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 17(1).
|
|
Artikolu 15 4.
|
L-approvazzjonijiet msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu jistgħu jiġu limitati, sospiżi jew revokati meta d-detentur ma jibqax jikkonforma mal-kondizzjonijiet għall-ħruġ u ż-żamma ta' tali approvazzjoni, f'konformità mal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 17(1).
|
|
Artikolu 15 5.
|
Meta bħala riżultat tal-adozzjoni tal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 17(1), u b'kont meħud tal-objettivi u l-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 1 u 4, b'mod partikolari n-natura u r-riskju tal-attività kkonċernata, ma tkunx meħtieġa approvazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta' dan l-Artikolu, l-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 17 jistgħu xorta waħda jeħtieġu lill-organizzazzjoni kkonċernata tiddikjara l-kapaċità tagħha, u d-disponibbiltà li jkollha tal-mezzi, biex twettaq ir-responsabbiltajiet tagħha assoċjati mal-attivitajiet li hija twettaq f'konformità ma' dawk l-atti ta' implimentazzjoni.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|