|
+Artikolu 15 2. |
Artikolu 15 2.Approvazzjoni għandha tkun meħtieġa wkoll fir-rigward ta':
(a)
l-organizzazzjonijiet responsabbli għall-manutenzjoni u għall-ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà kontinwa ta' prodotti, parts u tagħmir mhux installat, u
(b)
l-organizzazzjonijiet involuti fit-taħriġ ta' persunal responsabbli għar-rilaxx ta' prodott, part jew tagħmir mhux installat wara li ssir manutenzjoni; Madankollu, l-ewwel subparagrafu ma għandux japplika għal sitwazzjonijiet li fihom, bħala riżultat tal-adozzjoni tal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-punt (b) tal-Artikolu 17(1), b'kont meħud tal-objettivi u l-prinċipji stabbiliti fl-Artikoli 1 u 4, u b'mod partikolari n-natura u r-riskju tal-attività kkonċernata, dawn l-approvazzjonijiet mhumiex meħtieġa. L-approvazzjonijiet imsemmija f'dan il-paragrafu għandhom jinħarġu meta ssir applikazzjoni, meta l-applikant ikun wera li jikkonforma mal-atti ta' implimentazzjoni msemmija fl-Artikolu 17 adottati biex tiġi żgurata konformità mar-rekwiżiti essenzjali msemmija fl-Artikolu 9. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|