+Artikolu 62 4.

Artikolu 62 4.

Ir-responsabbiltajiet għall-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni, mas-sorveljanza u mal-infurzar imsemmija fil-paragrafu 2 għandhom jiġu stabbiliti f'konformità ma' dan il-paragrafu.

L-Aġenzija għandha tkun responsabbli fejn dawk il-kompiti jkunu ġew attribwiti lilha skont l-Artikoli 77 sa 82 u fejn dawk il-kompiti jkunu ġew allokati lilha skont l-Artikoli 64 u 65.

Madankollu, fejn Stat Membru jagħti eżenzjoni f'konformità mal-Artikolu 41(6), il-punt (a) tal-Artikolu 80(1) ma għandux jibqa' japplika u l-Istat Membru għandu jkun responsabbli għas-sorveljanza u l-infurzar fir-rigward tal-fornitur tal-ATM/ANS ikkonċernat kif previst f'dik l-eżenzjoni.

L-awtorità kompetenti nazzjonali tal-Istat Membru li fih jinstab l-ajrudrom għandha tkun responsabbli għal dawk il-kompiti fir-rigward taċ-ċertifikat tal-ajrudrom imsemmi fl-Artikolu 34(1) u taċ-ċertifikat għal operatur ta' ajrudrom imsemmi fl-Artikolu 37(1).

Dik l-awtorità kompetenti nazzjonali għandha tkun responsabbli wkoll għall-kompiti ta' sorveljanza u infurzar fir-rigward tal-organizzazzjonijiet responsabbli għall-forniment tas-servizzi fuq l-art u l-AMS f'dak l-ajrudrom.

Fil-każijiet l-oħra kollha, l-awtorità kompetenti nazzjonali tal-Istat Membru li fih il-persuna fiżika jew ġuridika li tapplika għaċ-ċertifikat jew li qed tagħmel id-dikjarazzjoni jkollha s-sede prinċipali tan-negozju tagħha jew, fejn dik il-persuna ma jkollha ebda sede prinċipali ta' negozju, ikollha l-post ta' residenza jew il-post ta' stabbiliment tagħha, għandha tkun responsabbli għal dawk il-kompiti, sakemm it-twettiq effettiv tal-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni, is-sorveljanza, u l-infurzar ma jkunx jeħtieġ l-allokazzjoni tagħhom lil awtorità kompetenti nazzjonali ta' Stat Membru differenti skont ir-regoli dettaljati msemmija fil-punt (d) tal-paragrafu 14.

Madankollu, meta l-atti ta' implimentazzjoni msemmija fil-paragrafu 15 ikunu jipprevedu dan:

(a) 

l-eżaminaturi ajrumediċi, iċ-ċentri ajrumediċi u t-tobba għandhom ikunu responsabbli għall-ħruġ taċ-ċertifikati mediċi tal-bdoti msemmija fl-Artikolu 21(1) u taċ-ċertifikati mediċi tal-kontrolluri tat-traffiku tal-ajru msemmija fl-Artikolu 49(1);

(b) 

l-organizzazzjonijiet tat-taħriġ tal-ekwipaġġ tal-kabina li tkun inħarġitilhom approvazzjoni f'konformità mal-Artikolu 24 u l-operaturi ta' inġenju tal-ajru li jkun inħarġilhom ċertifikat f'konformità mal-Artikolu 30 għandhom ikunu responsabbli għall-ħruġ tal-attestazzjonijiet tal-ekwipaġġ tal-kabina msemmija fl-Artikolu 22.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.