+Artikolu 62 5.

Artikolu 62 5.

L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li, b'deroga mill-paragrafu 4, l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tagħhom, għandhom ikunu responsabbli b'mod konġunt għall-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni, is-sorveljanza u l-infurzar fir-rigward ta' operaturi ta' inġenji tal-ajru involuti fit-trasport kummerċjali bl-ajru meta jiġu sodisfatti dawn iż-żewġ kondizzjonijiet:

(a) 

din ir-responsabbiltà konġunta kienet prevista fi ftehim konkluż bejn dawk l-Istati Membri qabel l-1 ta' Jannar 1992;

(b) 

dawk l-Istati Membri żguraw li l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali tagħhom iwettqu dawn il-kompiti b'mod effettiv skont dan ir-Regolament u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu.

L-Istati Membri kkonċernati għandhom sa mhux aktar mit-12 ta' Marzu 2019, jinnotifikaw lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija b'dik id-deċiżjoni ta' responsabbiltà konġunta u jipprovdulhom l-informazzjoni rilevanti kollha, b'mod partikolari l-ftehim imsemmi fil-punt (a) u l-miżuri li jkunu ttieħdu biex jiżguraw li dawk il-kompiti jitwettqu b'mod effettivi skont il-punt (b).

Fejn il-Kummissjoni, wara li tikkonsulta lill-Aġenzija, tqis li l-kondizzjonijiet speċifikati fl-ewwel subparagrafu ma jkunux ġew sodisfatti, il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu d-deċiżjoni tagħha għal dan l-għan. Malli l-Kummissjoni tkun innotifikat dawn l-atti ta' implimentazzjoni lill-Istati Membri kkonċernati, dawk l-Istati Membri għandhom mingħajr dewmien jimmodifikaw jew jirrevokaw id-deċiżjoni ta' responsabbiltà konġunta tagħhom u għandhom jgħarrfu lill-Kummissjoni u lill-Aġenzija kif meħtieġ.

L-Aġenzija għandha tinkludi fir-repożitorju msemmi fl-Artikolu 74 id-deċiżjonijiet kollha tal- Kummissjoni u tal-Istati Membri li jkunu ġew notifikati skont dan il-paragrafu.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.