+Artikolu 62 14.

Artikolu 62 14.

Sabiex tiġi żgurata l-implimentazzjoni uniformi tal-paragrafi (2) sa (9) ta' dan l-Artikolu u l-konformità magħhom, fir-rigward tat-twettiq tal-kompiti tal-awtoritajiet kompetenti nazzjonali relatati maċ-ċertifikazzjoni, is-sorveljanza u l-infurzar skont dan ir-Regolament, il-Kummissjoni għandha, abbażi tal-prinċipji stabbiliti fl-Artikolu 4 u bil-ħsieb li jinkisbu l-objettivi stipulati fl-Artikolu 1, tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu dispożizzjonijiet dettaljati li jikkonċernaw:

▼M3

(a) 

ir-regoli u l-proċeduri għat-twettiq taċ-ċertifikazzjoni u għat-twettiq tal-investigazzjonijiet, l-ispezzjonijiet, l-awditi u attivitajiet oħra ta’ monitoraġġ meħtieġa biex tiġi żgurata s-sorveljanza effettiva mill-awtorità kompetenti nazzjonali tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, prodotti, partijiet, tagħmir, sistemi tal-ATM/ANS u kostitwenti tal-ATM/ANS, apparat ta’ taħriġ ta’ simulazzjoni tat-titjir u ajrudromi soġġetti għal dan ir-Regolament u r-regoli u l-proċeduri għall-valutazzjoni u s-sorveljanza tal-konformità tal-fornituri ta’ ATM/ANS mar-rekwiżiti essenzjali elenkati fil-punt 7 tal-Anness VIII ta’ dan ir-Regolament mill-awtorità superviżorja nazzjonali msemmija fl-Artikolu 4 tar-Regolament (UE) 2024/2803 mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 5(1) ta’ dak ir-Regolament;

▼B

(b) 

ir-regoli u l-proċeduri għat-twettiq tal-ispezzjonijiet tar-rampa mill-awtorità kompetenti nazzjonali u għall-projbizzjoni tal-inġenji tal-ajru mit-titjir meta l-inġenju tal-ajru, l-operatur tiegħu jew l-ekwipaġġ tal-ajru tiegħu ma jikkonformawx mar-rekwiżiti ta' dan ir-Regolament jew mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu;

(c) 

ir-regoli u l-proċeduri li skonthom l-attivitajiet rregolati fil-Kapitolu III jistgħu jiġu pprojbiti, limitati jew soġġetti għal ċerti kondizzjonijiet fl-interess tas-sikurezza;

(d) 

rigward il-paragrafu 4, ir-regoli u l-proċeduri għall-allokazzjoni tar-responsabbiltajiet bejn l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, bil-ħsieb li jiġi żgurat it-twettiq effettiv tal-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni, is-sorveljanza u l-infurzar;

(e) 

ir-regoli u l-proċeduri għall-akkreditazzjoni mill-awtorità kompetenti nazzjonali ta' entità kwalifikata għall-fini tal-Artikolu 69.

Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 127(3).

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.