|
+Artikolu 74 8. |
Artikolu 74 8.Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu r-regoli meħtieġa għall-funzjonament u l-ġestjoni tar-repożitorju u rekwiżiti dettaljati rigward:
(a)
l-aspetti tekniċi tal-istabbiliment u l-manutenzjoni tar-repożitorju;
(b)
il-klassifikazzjoni tal-informazzjoni li trid tiġi trasmessa mill-Kummissjoni, mill-Aġenzija u mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali għall-inklużjoni fir-repożitorju, inkluż il-forma u l-mod kif tiġi trasmessa tali informazzjoni;
(c)
l-aġġornamenti regolari u standardizzati tal-informazzjoni inkluża fir-repożitorju;
(d)
l-arranġamenti dettaljati għat-tqassim u l-pubblikazzjoni ta' ċerta informazzjoni inkluża fir-repożitorju f'konformità mal-paragrafu 6 ta' dan l-Artikolu;
(e)
il-klassifikazzjoni ta' informazzjoni li tikkonċerna l-istat mediku tal-bdoti li trid tiġi trasmessa mill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali, l-eżaminaturi ajrumediċi u ċ-ċentri ajrumediċi, għall-inklużjoni fir-repożitorju, inkluż il-forma u l-mod kif tiġi trasmessa tali informazzjoni;
(f)
l--arranġamenti dettaljati għall-protezzjoni tal-informazzjoni inkluża fir-repożitorju minn aċċess mhux awtorizzat, li jirrestrinġu l-aċċess għall-informazzjoni u li jipproteġu kwalunkwe data personali inkluża fir-repożitorju f'konformità mal-liġi applikabbli tal-Unjoni dwar il-protezzjoni ta' data personali, b'mod partikolari kontra l-qerda, it-telf, it-tibdil jew l-iżvelar aċċidentali jew illegali;
(g)
il-perijodu massimu ta' ħżin permess fir-rigward tad-data personali inkluża fir-repożitorju, inkluż l-informazzjoni dwar l-istat mediku tal-bdoti li tikkostitwixxi data personali;
(h)
il-kondizzjonijiet dettaljati li skonthom l-Istati Membri u l-Aġenzija jistgħu jirrestrinġu d-drittijiet tas-suġġetti tad-data, għall-aċċess, il-korrezzjoni u t-tħassir ta' data personali inkluża fir-repożitorju, għall-fini tal-paragrafu 5 ta' dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 127(3). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|