|
+Artikolu 77 2. |
Artikolu 77 2.L-Aġenzija għandha tkun responsabbli għall-kompiti relatati maċ-ċertifikazzjoni, mas-sorveljanza u mal-infurzar skont l-Artikolu 62(2) rigward:
(a)
l-approvazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet responsabbli għad-disinn ta' prodotti, parts, tagħmir mhux installat u tagħmir biex inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord jiġi kkontrollat mill-bogħod u d-dikjarazzjonijiet magħmula minnhom, f'konformità mal-Artikolu 15(1), il-punt (g) tal-Artikolu 19(1) u l-Artikolu 56(1) u (5);
(b)
l-approvazzjonijiet tal-organizzazzjonijiet responsabbli għall-produzzjoni, il-manutenzjoni u l-ġestjoni tal-ajrunavigabbiltà kontinwa ta' prodotti, parts, tagħmir mhux installat, u tagħmir biex inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord jiġi kkontrollat mill-bogħod u d-dikjarazzjonijiet magħmula minnhom u mill-organizzazzjonijiet involuti fit-taħriġ tal-persunal responsabbli għar-rilaxx tal-prodott, part, tagħmir mhux installat jew tagħmir biex inġenju tal-ajru mingħajr bdot abbord jiġi kkontrollat mill-bogħod f'konformità mal-Artikolu 15, il-punt (g) tal-Artikolu 19(1) u u l-Artikolu 56(1) u (5), meta dawk l-organizzazzjonijiet ikollhom is-sede prinċipali tan-negozju tagħhom barra mit-territorji li jaqgħu taħt ir-responsabbiltà tal-Istati Membri skont il-Konvenzjoni ta' Chicago. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|