+Artikolu 85 Monitoraġġ tal-Istati Membri
---+Artikolu 85 1.
---+Artikolu 85 2.
---+Artikolu 85 3.
---+Artikolu 85 4.
---+Artikolu 85 5.
---+Artikolu 85 6.
---+Artikolu 85 7.
---+Artikolu 85 8.
---+Artikolu 85 9.

Artikolu 85 Monitoraġġ tal-Istati Membri

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 85 1.
L-Aġenzija għandha tassisti lill-Kummissjoni fil-monitoraġġ tal-applikazzjoni mill-Istati Membri ta' dan ir-Regolament u tal-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu billi twettaq spezzjonijiet u attivitajiet oħra ta' monitoraġġ. Dawk l-ispezzjonijiet u l-attivitajiet l-oħra ta' monitoraġġ għandu wkoll ikollhom l-għan li jgħinu lill-Istati Membri sabiex jiżguraw l-applikazzjoni uniformi ta' dan ir-Regolament u tal-atti delegati u ta' implimnetazzjoni adottati abbażi tiegħu u jikkondividu l-aħjar prattiki.

L-Aġenzija għandha tirrapporta lill-Kummissjoni dwar l-ispezzjonijiet u attivitajiet oħra ta' monitoraġġ imwettqa skont dan il-paragrafu.

Artikolu 85 2.

Għall-finijiet tat-twettiq tal-ispezzjonijiet u ta' attivitajiet oħra ta' monitoraġġ imsemmija fil-paragrafu 1, l-Aġenzija għandu jkollha s-setgħa li:

(a) 

tirrikjedi li kwalunkwe awtorità kompetenti nazzjonali u kwalunkwe persuna fiżika u ġuridika soġġetta għal dan ir-Regolament tipprovdi lill-Aġenzija bl-informazzjoni kollha meħtieġa;

(b) 

tirrikjedi li dawk l-awtoritajiet u l-persuni jipprovdu spjegazzjonijiet bil-fomm dwar kwalunkwe fatt, dokument, oġġett, proċedura jew suġġett ieħor rilevanti sabiex jiġi ddeterminat jekk Stat Membru jikkonformax ma' dan ir-Regolament u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu;

(c) 

tidħol fi kwalunkwe bini, art u mezz tat-trasport rilevanti ta' dawk l-awtoritajiet u l-persuni;

(d) 

teżamina, tikkopja jew tieħu estratti minn kwalunkwe dokument, rekord jew data rilevanti miżmuma minn dawk l-awtoritajiet u l-persuni jew li dawk l-awtoritajiet jew il-persuni jkollhom aċċess għaliha, ikun xi jkun il-mezz li fuqu tkun maħżuna l-informazzjoni inkwistjoni.

Meta dan ikun meħtieġ sabiex jiġi stabbilit jekk Stat Membru jikkonformax ma' dan ir-Regolament u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu, l-Aġenzija għandu jkollha wkoll is-setgħa li teżerċita s-setgħat stabbiliti fl-ewwel subparagrafu fir-rigward ta' kwalunkwe persuna ġuridika jew fiżika oħra li tista' raġonevolment tkun mistennija jkollha informazzjoni rilevanti għal dawn il-finijiet jew li jkollha aċċess għaliha.

Is-setgħat ta' dan il-paragrafu għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li fih titwettaq l-ispezzjoni jew attivitajiet oħra ta' monitoraġġ, bl-attenzjoni dovuta għad-drittijiet u l-interessi leġittimi tal-awtoritajiet u l-persuni kkonċernati u f'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità. Meta, f'konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli, tkun meħtieġa awtorizzazzjoni bil-quddiem mill-awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva tal-Istat Membru kkonċernat sabiex wieħed jidħol fil-bini, fl-art jew fil-mezz tat-trasport rilevanti kif imsemmi fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati biss wara li tkun inkisbet tali awtorizzazzjoni bil-quddiem.

Artikolu 85 3.
L-Aġenzija għandha tiżgura li l-membri tal-persunal tagħha u, fejn rilevanti, kwalunkwe espert ieħor li jkun qed jipparteċipa fl-ispezzjoni jew f'attività oħra ta' monitoraġġ, ikunu kkwalifikati biżżejjed u mħarrġin b'mod adegwat. Fil-każ tal-ispezzjonijiet, dawk il-persuni għandhom jippreżentaw awtorizzazzjoni bil-miktub biex jeżerċitaw is-setgħat tagħhom.

Fi żmien debitu qabel l-ispezzjoni, l-Aġenzija għandha tinforma lill-Istat Membru kkonċernat dwar is-suġġett, l-għan tal-attività, id-data li fiha tkun ser tibda u l-identità tal-membri tal-persunal tagħha u kwalunkwe espert ieħor li jkun ser iwettaq dik l-attività.

Artikolu 85 4.
L-Istat Membru kkonċernat għandu jiffaċilita l-ispezzjoni jew l-attività l-oħra ta' monitoraġġ. Dan għandu jiżgura li l-awtoritajiet u l-persuni kkonċernati jikkooperaw mal-Aġenzija.

Meta persuna ġuridika jew fiżika ma tikkooperax mal-Aġenzija, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru kkonċernat għandhom jipprovdu l-assistenza neċessarja lill-Aġenzija sabiex tkun tista' twettaq l-ispezzjoni jew l-attività l-oħra ta' monitoraġġ.

Artikolu 85 5.
Meta spezzjoni jew attività oħra ta' monitoraġġ imwettqa f'konformità ma' dan l-Artikolu tinvolvi spezzjoni jew attività oħra ta' monitoraġġ fir-rigward ta' persuna ġuridika jew fiżika soġġetta għal dan ir-Regolament, għandu japplika l-Artikolu 83(2), (3) u (4).
Artikolu 85 6.
Fuq talba tal-Istat Membru, ir-rapporti mfasslin mill-Aġenzija skont il-paragrafu 1 għandhom ikunu disponibbli bil-lingwa jew bil-lingwi uffiċjali tal-Unjoni tal-Istat Membru li fih tkun saret l-ispezzjoni.
Artikolu 85 7.
L-Aġenzija għandha tippubblika sommarju ta' informazzjoni dwar l-applikazzjoni minn kull Stat Membru ta' dan ir-Regolament u tal-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu. Hi għandha tinkludi dik l-informazzjoni fir-rieżami annwali dwar is-sikurezza msemmi fl-Artikolu 72(7).
Artikolu 85 8.
L-Aġenzija għandha tikkontribwixxi għall-valutazzjoni tal-impatt tal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament u tal-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu, mingħajr preġudizzju għall-valutazzjoni tal-Kummissjoni skont l-Artikolu 124, filwaqt li tqis l-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 1.
Artikolu 85 9.
Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni li jistabbilixxu regoli dettaljati dwar il-metodi ta' ħidma tal-Aġenzija għat-twettiq tal-kompiti skont dan l-Artikolu. Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f'konformità mal-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 127(3).

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.