+Artikolu 85 2.

Artikolu 85 2.

Għall-finijiet tat-twettiq tal-ispezzjonijiet u ta' attivitajiet oħra ta' monitoraġġ imsemmija fil-paragrafu 1, l-Aġenzija għandu jkollha s-setgħa li:

(a) 

tirrikjedi li kwalunkwe awtorità kompetenti nazzjonali u kwalunkwe persuna fiżika u ġuridika soġġetta għal dan ir-Regolament tipprovdi lill-Aġenzija bl-informazzjoni kollha meħtieġa;

(b) 

tirrikjedi li dawk l-awtoritajiet u l-persuni jipprovdu spjegazzjonijiet bil-fomm dwar kwalunkwe fatt, dokument, oġġett, proċedura jew suġġett ieħor rilevanti sabiex jiġi ddeterminat jekk Stat Membru jikkonformax ma' dan ir-Regolament u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu;

(c) 

tidħol fi kwalunkwe bini, art u mezz tat-trasport rilevanti ta' dawk l-awtoritajiet u l-persuni;

(d) 

teżamina, tikkopja jew tieħu estratti minn kwalunkwe dokument, rekord jew data rilevanti miżmuma minn dawk l-awtoritajiet u l-persuni jew li dawk l-awtoritajiet jew il-persuni jkollhom aċċess għaliha, ikun xi jkun il-mezz li fuqu tkun maħżuna l-informazzjoni inkwistjoni.

Meta dan ikun meħtieġ sabiex jiġi stabbilit jekk Stat Membru jikkonformax ma' dan ir-Regolament u mal-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu, l-Aġenzija għandu jkollha wkoll is-setgħa li teżerċita s-setgħat stabbiliti fl-ewwel subparagrafu fir-rigward ta' kwalunkwe persuna ġuridika jew fiżika oħra li tista' raġonevolment tkun mistennija jkollha informazzjoni rilevanti għal dawn il-finijiet jew li jkollha aċċess għaliha.

Is-setgħat ta' dan il-paragrafu għandhom jiġu eżerċitati f'konformità mal-liġi nazzjonali tal-Istat Membru li fih titwettaq l-ispezzjoni jew attivitajiet oħra ta' monitoraġġ, bl-attenzjoni dovuta għad-drittijiet u l-interessi leġittimi tal-awtoritajiet u l-persuni kkonċernati u f'konformità mal-prinċipju tal-proporzjonalità. Meta, f'konformità mal-liġi nazzjonali applikabbli, tkun meħtieġa awtorizzazzjoni bil-quddiem mill-awtorità ġudizzjarja jew amministrattiva tal-Istat Membru kkonċernat sabiex wieħed jidħol fil-bini, fl-art jew fil-mezz tat-trasport rilevanti kif imsemmi fil-punt (c) tal-ewwel subparagrafu, dawk is-setgħat għandhom jiġu eżerċitati biss wara li tkun inkisbet tali awtorizzazzjoni bil-quddiem.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.