+Artikolu 90 Kooperazzjoni internazzjonali
---+Artikolu 90 1.
---+Artikolu 90 2.
---+Artikolu 90 3.
---+Artikolu 90 4.
---+Artikolu 90 5.
---+Artikolu 90 6.
|
Artikolu 90 Kooperazzjoni internazzjonali
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 90 1.
|
L-Aġenzija għandha, fuq talba, tassisti lill-Kummissjoni fil-ġestjoni tagħha tar-relazzjonijiet ma' pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali fir-rigward tal-kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament. Tali assistenza għandha b'mod partikolari tikkontribwixxi għall-armonizzazzjoni tar-regoli, ir-rikonoxximent reċiproku ta' ċertifikati, fl-interess tal-industrija Ewropea, u l-promozzjoni tal-istandards Ewropej tas-sikurezza tal-avjazzjoni.
|
|
Artikolu 90 2.
|
L-Aġenzija tista' tikkoopera mal-awtoritajiet kompetenti ta' pajjiżi terzi u mal-organizzazzjonijiet internazzjonali kompetenti fi kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament. Għal dan il-għan, l-Aġenzija, f'konsultazzjoni minn qabel mal-Kummissjoni, tista' tistabbilixxi arranġamenti ta' ħidma ma' dawk l-awtoritajiet u l-organizzazzjonijiet internazzjonali. Dawk l-arranġamenti ta' ħidma ma għandhomx joħolqu obbligi legali imposti fuq l-Unjoni u l-Istati Membri tagħha.
|
|
Artikolu 90 3.
|
L-Aġenzija għandha tassisti lill-Istati Membri fl-eżerċizzju tad-drittijiet tagħhom u fit-twettiq tal-obbligi tagħhom skont ftehimiet internazzjonali relatati ma' kwistjonijiet koperti minn dan ir-Regolament, b'mod partikolari d-drittijiet u l-obbligi tagħhom skont il-Konvenzjoni ta' Chicago. L-Aġenzija tista' taġixxi ta' Organizzazzjoni Reġjonali ta' Sorveljanza tas-Sikurezza fil-qafas tal-ICAO.
|
|
Artikolu 90 4.
|
L-Aġenzija għandha, f'kooperazzjoni mal- Kummissjoni u l-Istati Membri, tinkludi u taġġorna, fejn meħtieġ, l-informazzjoni li ġejja fir-repożitorju msemmi fl-Artikolu 74:
(a)
informazzjoni dwar il-konformità ta' dan ir-Regolament u tal-atti delegati u ta' implimentazzjoni adottati abbażi tiegħu u tal-miżuri meħuda mill-Aġenzija skont dan ir-Regolament,
►C1
mal-istandards u prattiki rakkomandati internazzjonali ◄ ;
(b)
informazzjoni oħra relatata mal-implimentazzjoni ta' dan ir-Regolament, li tkun komuni għall-Istati Membri kollha u li tkun rilevanti għall-monitoraġġ mill-ICAO tal-konformità tal-Istati Membri mal-Konvenzjoni ta' Chicago u
►C1
mal-istandards u prattiki rakkomandati internazzjonali ◄ .
L-Istati Membri għandhom jużaw dik l-informazzjoni meta jkunu qed jimplimentaw l-obbligi tagħhom skont l-Artikolu 38 tal-Konvenzjoni ta' Chicago u meta jkunu qed jipprovdu informazzjoni lill-ICAO skont il-Programm Universali ta' Awditjar tas-Sorveljanza tas-Sikurezza tal-ICAO.
|
|
Artikolu 90 5.
|
Mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet rilevanti tat-Trattat, il-Kummissjoni, l-Aġenzija u l-awtoritajiet kompetenti nazzjonali li jkunu involuti f'attivitajiet tal-ICAO, għandhom jikkollaboraw, permezz ta' netwerk ta' esperti, rigward kwistjonijiet tekniċi li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni ta' dan ir-Regolament u li jkunu relatati mal-ħidma tal-ICAO. L-Aġenzija għandha tipprovdi l-appoġġ amministrattiv meħtieġ lil dan in-netwerk, inkluż assistenza għat-tħejjija u l-organizzazzjoni tal-laqgħat tiegħu.
|
|
Artikolu 90 6.
|
Minbarra l-kompiti stabbiliti fil-paragrafi minn 1 sa 5 ta' dan l-Artikolu u fl-Artikolu 75, l-Aġenzija tista' tkun involuta wkoll fi proġetti apposta ta' kooperazzjoni teknika u ta' riċerka u assistenza ma' pajjiżi terzi u ma' organizzazzjonijiet internazzjonali, dment li dawn l-attivitajiet ikunu kompatibbli mal-kompiti tal-Aġenzija u mal-objettivi stabbiliti fl-Artikolu 1.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|