+ANNESS II
|
ANNESS II
ANNESS II
Rekwiżiti essenzjali għall-ajrunavigabbiltà
1. INTEGRITÀ TAL-PRODOTT
L-integrità tal-prodott, inkluż il-protezzjoni kontra t-theddid għas-sigurtà tal-informazzjoni, trid tiġi aċċertata għall-kondizzjonijiet antiċipati kollha ta' titjir għall-ħajja operazzjonali tal-inġenju tal-ajru. Il-konformità mar-rekwiżiti kollha trid tintwera permezz ta' valutazzjoni jew ta' analiżi, sostnuta, fejn hemm bżonn, b'testijiet.
1.1. Strutturi u materjali
|
1.1.1.
|
L-integrità tal-istruttura trid tiġi aċċertata f'kull waqt, u biżżejjed lil hinn miż-żona operazzjonali għall-inġenju tal-ajru, inkluż is-sistema ta' propulsjoni tiegħu, u trid tinżamm għall-ħajja operattiva tal-inġenju tal-ajru.
|
|
1.1.2.
|
Il-parts kollha tal-inġenju tal-ajru, li jekk tinqalgħalhom il-ħsara jistgħu jnaqqsu l-integrità strutturali, iridu jikkonformaw mal-kondizzjonijiet li ġejjin mingħajr deformazzjoni detrimentali jew ħsara. Dan jinkludi l-oġġetti kollha ta' massa sinifikanti u l-mezzi tagħhom ta' trażżin.
(a)
Iridu jiġu kkunsidrati l-kombinazzjonijiet kollha ta' tagħbija li jkunu raġonevolment mistennija li jseħħu fil-piżijiet, fil-firxa taċ-ċentru tal-gravità, fiż-żona operazzjonali u fil-ħajja tal-inġenju tal-ajru u biżżejjed lil hinn minnhom. Dan jinkludi tagħbijiet dovuti għal buffuri, manuvri, pressjoni għolja, superfiċji mobbli, sistemi ta' kontroll u ta' propulsjoni kemm fl-ajru kif ukoll fuq l-art.
(b)
Trid tingħata kunsiderazzjoni lit-tagħbijiet u lill-ħsarat probabbli kkawżati bi nżul ta' emerġenza fuq l-art jew fuq il-baħar.
(c)
Skont kif inhu adatt għat-tip ta' operazzjoni, l-effetti dinamiċi jridu jiġu koperti fir-rispons strutturali għal dawk it-tagħbijiet, b'kunsiderazzjoni għad-daqs u l-konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ajru.
|
|
1.1.3.
|
L-inġenju tal-ajru ma jrid ikollu ebda instabbiltà ajruelastika u vibrazzjoni eċċessiva.
|
|
1.1.4.
|
Il-proċessi tal-produzzjoni u l-materjali użati fil-kostruzzjoni tal-inġenju tal-ajru jridu jirriżultaw fi proprjetajiet strutturali magħrufa u riproduċibbli. Irid jittieħed kont ta' kwalunkwe tibdil fil-prestazzjoni tal-materjali relatata mal-ambjent operazzjonali.
|
|
1.1.5.
|
Hemm bżonn li jiġi żgurat li sa fejn huwa prattikabbli, l-effetti tat-tagħbija ċiklika, id-degradazzjoni ambjentali, il-ħsara aċċidentali u li ġejja minn sors diskret ma jnaqqsux l-integrità strutturali taħt livell aċċettabbli ta' saħħa residwa. L-istruzzjonijiet kollha meħtieġa biex tiġi żgurata ajrunavigabbiltà kontinwa f'dan ir-rigward iridu jiġu promulgati.
|
1.2. Propulsjoni
|
1.2.1.
|
L-integrità tas-sistema ta' propulsjoni (jiġifieri l-magna u, meta jkun xieraq, l-iskrun) trid tintwera f'kull waqt, u biżżejjed lil hinn miż-żona operazzjonali tas-sistema ta' propulsjoni u trid tinżamm tul il-ħajja operattiva tas-sistema ta' propulsjoni, filwaqt li jiġi kkunsidrat ir-rwol tas-sistema ta' propulsjoni fil-kunċett ġenerali tas-sikurezza tal-inġenju tal-ajru.
|
|
1.2.2.
|
Is-sistema ta' propulsjoni trid tipproduċi, fil-limiti dikjarati tagħha, il-forza propulsiva jew il-potenza mitluba minnha fil-kondizzjonijiet kollha meħtieġa tat-titjir, filwaqt li jitqiesu l-effetti u l-kondizzjonijiet ambjentali.
|
|
1.2.3.
|
Il-proċess tal-produzzjoni u l-materjali użati fil-kostruzzjoni tas-sistema ta' propulsjoni jridu jirriżultaw f'imġiba strutturali magħrufa u riproduċibbli. Irid jittieħed kont ta' kwalunkwe tibdil fil-prestazzjoni tal-materjali relatata mal-ambjent operazzjonali.
|
|
1.2.4.
|
L-effetti tat-tagħbija ċiklika, id-degradazzjoni ambjentali u operazzjonali u ħsarat sussegwenti probabbli fil-parts ma għandhomx inaqqsu l-integrità tas-sistema ta' propulsjoni taħt livelli aċċettabbli. L-istruzzjonijiet kollha meħtieġa biex tiġi żgurata ajrunavigabbiltà kontinwa f'dan ir-rigward iridu jiġu promulgati.
|
|
1.2.5.
|
L-istruzzjonijiet, l-informazzjoni u r-rekwiżiti kollha meħtieġa għall-interfaċċa sikura u korretta bejn is-sistema ta' propulsjoni u l-inġenju tal-ajru jridu jiġu promulgati.
|
1.3. Sistemi u tagħmir (għajr it-tagħmir mhux installat):
|
1.3.1.
|
L-inġenju tal-ajru ma jridx ikollu karatteristiċi jew dettalji ta' disinn li l-esperjenza wriet li huma perikolużi.
|
|
1.3.2.
|
L-inġenju tal-ajru, inkluż dawk is-sistemi u t-tagħmir meħtieġa għall-valutazzjoni tad-disinn tat-tip, jew bir-regoli tal-operazzjoni, irid jiffunzjona dejjem, kif ippjanat f'kwalunkwe kondizzjoni tal-operazzjoni prevista, u biżżejjed lil hinn, mill-operazzjoni tal-inġenju tal-ajru, b'konsiderazzjoni xierqa tas-sistema jew tal-ambjent tal-operazzjoni tat-tagħmir. Sistemi jew tagħmir oħra mhux meħtieġa għaċ-ċertifikazzjoni tat-tip, jew bir-regoli tal-operazzjoni, kemm jekk jiffunzjonaw tajjeb kif ukoll jekk le, ma jridux inaqqsu s-sikurezza u ma jridux jaffettwaw ħażin il-funzjonament kif suppost ta' kull tip ta' sistema jew tagħmir ieħor. Is-sistemi u t-tagħmir iridu jkunu operabbli mingħajr ma jeħtieġu ħila jew saħħa eċċezzjonali.
|
|
1.3.3.
|
Is-sistemi u t-tagħmir tal-inġenji tal-ajru, ikkunsidrati separatament u f'relazzjoni ma' xulxin, iridu jiġu ddisinjati b'tali mod li kwalunkwe kondizzjoni ta' ħsara katastrofika ma tirriżultax minn ħsara waħda li ma tidhirx li hija estremament improbabbli u trid teżisti relazzjoni inversa bejn il-probabbiltà ta' kondizzjoni ta' xi ħsara u s-severità tal-effett tagħha fuq l-inġenju tal-ajru u fuq l-okkupanti tiegħu. Fir-rigward tal-kriterju ta' ħsara waħda msemmi hawn fuq, huwa aċċettat li jrid ikun hemm riserva dovuta għad-daqs u l-konfigurazzjoni wiesgħa tal-inġenju tal-ajru u li dan jista' jostakola lil dan il-kriterju ta' ħsara waħda milli jiġi sodisfatt fir-rigward ta' xi parts u xi sistemi fuq ħelikopters u ajruplani żgħar.
|
|
1.3.4.
|
L-informazzjoni meħtieġa għat-twettiq sikur tat-titjira u l-informazzjoni li tikkonċerna kondizzjonijiet mhux sikuri trid tiġi pprovduta lill-ekwipaġġ, jew lill-persunal ta' manutenzjoni, kif xieraq, b'mod ċar, konsistenti u mhux ambigwu. Iridu jiġu ddisinjati u mpoġġija sistemi, tagħmir u kontrolli, inkluż sinjali u avviżi biex jiġu minimizzati l-iżbalji li jistgħu jikkontribwixxu għall-ħolqien ta' perikli.
|
|
1.3.5.
|
Iridu jittieħdu prekawzjonijiet tad-disinn sabiex jitnaqqsu l-perikli għall-inġenji tal-ajru u għall-okkupanti minn theddid raġonevolment probabbli, inkluż theddidiet dwar is-sigurtà tal-informazzjoni, kemm ġewwa kif ukoll barra l-inġenju tal-ajru, inkluż il-protezzjoni kontra l-possibbiltà ta' ħsara sinifikanti jew ta' tfixkil f'xi tagħmir mhux installat.
|
1.4. Tagħmir mhux installat
|
1.4.1.
|
It-tagħmir mhux installat irid iwettaq il-funzjoni ta' sikurezza tiegħu jew funzjoni rilevanti għas-sikurezza kif maħsub fi kwalunkwe kondizzjoni tal-operazzjoni prevista sakemm dik il-funzjoni ma tkunx tista' titwettaq ukoll permezz ta' mezzi oħra.
|
|
1.4.2.
|
It-tagħmir mhux installat irid ikun operabbli mingħajr ma jeħtieġ ħila jew saħħa eċċezzjonali.
|
|
1.4.3.
|
It-tagħmir mhux installat, kemm jekk jiffunzjona kif suppost kif ukoll jekk le, ma jridx inaqqas is-sikurezza u ma jridx jaffettwa ħażin il-funzjonament kif suppost ta' kwalunkwe tagħmir, sistema, jew apparat ieħor.
|
1.5. Ajrunavigabbiltà kontinwa
|
1.5.1.
|
Id-dokumenti kollha meħtieġa inkluż l-istruzzjonijiet għall-ajrunavigabbiltà kontinwa jridu jiġu stabbiliti u jkunu disponibbli biex ikun żgurat li jinżamm l-istandard tal-ajrunavigabbiltà relatat mat-tip ta' inġenju tal-ajru u kwalnukwe parti assoċjata tul il-ħajja operazzjonali tal-inġenju tal-ajru.
|
|
1.5.2.
|
Iridu jiġu pprovduti mezzi sabiex jippermettu l-ispezzjoni, l-aġġustament, il-lubrikazzjoni, it-tneħħija jew is-sostituzzjoni ta' parts u ta' tagħmir mhux installat kif meħtieġ għall-ajrunavigabbiltà kontinwa.
|
|
1.5.3.
|
L-istruzzjonijiet għall-ajrunavigabbiltà kontinwa jridu jkunu fil-forma ta' manwal jew ta' manwali, kif adattat għall-kwantità ta' data li trid tiġi pprovduta. Il-manwali jridu jkopru manutenzjoni u struzzjonijiet ta' tiswija, informazzjoni dwar is-servizz ta' manutenzjoni, proċeduri ta' individwazzjoni ta' soluzzjonijiet u ta' spezzjoni, f'format li jipprevedi arranġament prattiku.
|
|
1.5.4.
|
L-istruzzjonijiet għall-ajrunavigabbiltà kontinwa jrid ikun fihom limitazzjonijiet ta' ajrunavigabbiltà li jistabbilixxu kull ħin obbligatorju ta' sostituzzjoni, intervall ta' spezzjoni u proċedura relatata ta' spezzjoni.
|
2. ASPETTI TA' AJRUNAVIGABBILTÀ TAL-OPERAZZJONI TAL-PRODOTT
|
2.1.
|
Dan li ġej irid jintwera li ġie indirizzat sabiex tiġi żgurata is-sikurezza għal dawk abbord jew fuq l-art tul l-operazzjoni tal-prodott:
(a)
It-tipi ta' operazzjoni li għalihom l-inġenju tal-ajru huwa approvat iridu jiġu stabbiliti u l-limitazzjonijiet u l-informazzjoni meħtieġa għal operazzjoni sikura, inkluż il-limitazzjonijiet ambjentali u l-prestazzjoni, iridu jiġu stabbiliti;
(b)
L-inġenju tal-ajru jrid jkun kontrollabbli u manuvrabbli b'mod sikur fil-kondizzjonijiet kollha antiċipati ta' operazzjoni inkluż wara li tinqala' ħsara f'sistema ta' propulsjoni waħda jew skont il-każ, f'iktar minn waħda, b'kunsiderazzjoni għad-daqs u l-konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ajru. Iridu jiġu kkunsidrati s-saħħa tal-bdot, l-ambjent tal-kabina tal-bdot, l-ammont ta' xogħol tal-bdot u kunsiderazzjonijiet oħra tal-fattur uman u l-fażi tat-titjira u t-tul tagħha;
(c)
Irid ikun possibbli li ssir transizzjoni mingħajr xkiel minn fażi waħda ta' titjira għal oħra mingħajr ma tkun meħtieġa xi ħila eċċezzjonali ta' pilotaġġ, riflessi tajba, saħħa jew ammont ta' xogħol f'kwalunkwe tip ta' kondizzjoni tal-operazzjoni probabbli;
(d)
L-inġenju tal-ajru jrid ikollu din it-tip ta' stabbiltà sabiex ikun żgurat li dak li hu mistenni mill-bdot ma jkunx eċċessiv filwaqt li jittieħdu inkonsiderazzjoni l-fażi u t-tul tat-titjira;
(e)
Iridu jiġu stabbiliti proċeduri għall-operazzjoni normali, il-ħsara u l-kondizzjonijiet ta' emerġenza;
(f)
Iridu jiġu pprovduti twissijiet jew deterrenti oħra maħsuba sabiex jevitaw li titħarbat in-normalità tat-titjira, b'mod adattat għat-tip ta' inġenju tal-ajru;
(g)
Il-karatteristiċi tal-inġenju tal-ajru u s-sistemi tiegħu jridu jippermettu ritorn sikur mill-estremi tat-titjira li jistgħu jiġu ffaċċjati.
|
|
2.2.
|
Il-limitazzjonijiet tal-operazzjoni u informazzjoni oħra meħtieġa għal operazzjoni sikura jridu jkunu disponibbli għall-membri tal-ekwipaġġ.
|
|
2.3.
|
L-operazzjonijiet tal-prodotti jridu jiġu protetti minn perikli li jirriżultaw minn kondizzjonijiet avversi esterni u interni, inkluż kondizzjonijiet ambjentali.
(a)
B'mod partikolari u skont it-tip ta' operazzjoni, l-ebda kondizzjoni mhux sikura ma trid tinħoloq mill-esponiment għal fenomeni bħal, iżda mhux biss, temp ikrah, sajjetti, ħbit ma' għasafar, għelieqi radjati bi frekwenza għolja, l-ożonu, eċċ., raġonevolment mistennija li jseħħu tul l-operazzjoni tal-prodott, b'kunsiderazzjoni għad-daqs u l-konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ajru;
(b)
Il-kompartimenti tal-kabina, kif xieraq għat-tip ta' operazzjonijiet, iridu jipprovdu lill-passiġġieri b'kondizzjonijiet ta' trasport adattati u bi protezzjoni adegwata kontra kwalunkwe periklu mistenni li jirriżulta fl-operazzjonijiet ta' titjir jew li jirriżulta f'sitwazzjonijiet ta' emerġenza, inkluż perikli ta' nar, duħħan, gassijiet tossiċi u dekompressjoni rapida, b'kunsiderazzjoni għad-daqs u l-konfigurazzjoni tal-inġenju tal-ajru. Iridu jsiru dispożizzjonijiet sabiex l-okkupanti jingħataw kull ċans raġonevoli sabiex jiġi evitat korriment serju, sabiex jiġu evakwati malajr mill-inġenju tal-ajru u sabiex ikunu protetti mill-effett tal-forzi ta' deċelerazzjoni fil-każ ta' nżul ta' emerġenza fuq l-art jew fuq il-baħar. Iridu jiġu pprovduti sinjali jew notifiki ċari u mhux ambigwi, kif meħtieġ, sabiex l-okkupanti jingħataw struzzjonijiet dwar imġiba sikura adattata u dwar il-post u l-użu korrett tat-tagħmir tas-sikurezza. It-tagħmir ta' sikurezza meħtieġ irid ikun faċilment aċċessibbli;
(c)
Il-kompartimenti tal-ekwipaġġ, kif xieraq għat-tip ta' operazzjonijiet, iridu jiġu rranġati sabiex jiġu ffaċilitati l-operazzjonijiet ta' titjir, inkluż mezzi li jipprovdu għarfien tas-sitwazzjoni, u ġestjoni ta' kwalunkwe tip ta' sitwazzjoni u emerġenza previsti. L-ambjent tal-kompartimenti tal-ekwipaġġ ma jridx jipperikola l-abbiltà tal-ekwipaġġ milli jwettaq il-kompiti tiegħu u jrid jiġi ddisinjat b'tali mod li jevita l-interferenza matul l-operazzjoni u l-użu ħażin tal-kontrolli.
|
3. ORGANIZZAZZJONIJIET (INKLUŻ PERSUNI FIŻIĊI RESPONSABBLI MID-DISINN, IL-PRODUZZJONI, IL-ĠESTJONI JEW IL-MANUTENZJONI TAL-AJRUNAVIGABBILTÀ KONTINWA)
|
3.1.
|
Kif adatt għat-tip ta' attività, l-approvazzjonijiet ta' organizzazzjonijiet iridu jinħarġu meta jiġu sodisfatti l-kondizzjonijiet li ġejjin:
(a)
l-organizzazzjoni jrid ikollha l-mezzi kollha meħtieġa għall-ambitu tax-xogħol. Dawk il-mezzi jinkludu, iżda mhumiex limitati għal, dawn li ġejjin: faċilitajiet, persunal, tagħmir, għodda u materjali, dokumentazzjoni tal-kompiti, responsabbiltajiet u proċeduri, aċċess għal data rilevanti u żamma ta' reġistri;
(b)
kif adatt għat-tip ta' attività mwettqa u d-daqs tal-organizzazzjoni, l-organizzazzjoni trid timplimenta u żżomm sistema ta' ġestjoni sabiex tiżgura l-konformità mar-rekwiżiti essenzjali stabbiliti f'dan l-Anness, tiġġestixxi r-riskji tas-sikurezza u timmira għal titjib kontinwu ta' dik is-sistema;
(c)
l-organizzazzjoni trid tistabbilixxi arranġamenti ma' organizzazzjonijiet rilevanti oħra, kif meħtieġ, sabiex tiżgura konformità kontinwa mar-rekwiżiti essenzjali għall-ajrunavigabbiltà stabbiliti f'dan l-Anness;
(d)
l-organizzazzjoni għandha tistabbilixxi sistema ta' rappurtar tal-okkorrenzi bħala parti mis-sistema ta' ġestjoni skont il-punt (b) u l-arranġamenti skont il-punt (c), sabiex tikkontribwixxi għall-għan ta' titjib kontinwu tas-sikurezza. Is-sistema ta' rappurtar tal-okkorrenzi għandha tkun konformi mal-liġi applikabbli tal-Unjoni.
|
|
3.2.
|
Fil-każ ta' organizzazzjonijiet ta' taħriġ dwar il-manutenzjoni, il-kondizzjonijiet fil-punti 3.1(c) u 3.1(d) ma japplikawx.
|
|
3.3.
|
Persuni fiżiċi li jwettqu l-manutenzjoni għandhom jiksbu u jżommu livelli ta' għarfien teoretiku, ħiliet prattiċi u esperjenza kif xieraq għat-tip ta' attività.
|
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 02.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32018R1139
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|