+Artikolu 11 Intitolament għal kuntratt għall-provvista tal-elettriku għal terminu fiss bi prezz fiss u għal kuntratt tal-elettriku bi prezz dinamiku
---+Artikolu 11 1.
---+Artikolu 11 1a.
---+Artikolu 11 1b.
---+Artikolu 11 2.
---+Artikolu 11 3.
---+Artikolu 11 4.

Artikolu 11 Intitolament għal kuntratt għall-provvista tal-elettriku għal terminu fiss bi prezz fiss u għal kuntratt tal-elettriku bi prezz dinamiku

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 11 1.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-qafas regolatorju nazzjonali jippermetti lill-fornituri joffru kuntratti għall-provvista tal-elettriku għal terminu fiss bi prezz fiss u kuntratti tal-elettriku bi prezz dinamiku. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti finali li jkollhom arloġġ intelliġenti installat ikunu jistgħu jitolbu li jikkonkludu kuntratt tal-elettriku bi prezz dinamiku u li l-klijenti finali kollha jkunu jistgħu jitolbu li jikkonkludu kuntratt għall-provvista tal-elettriku għal terminu fiss bi prezz fiss b’tul ta’ mill-inqas sena, ma’ mill-inqas fornitur wieħed u ma’ kull fornitur li jkollu aktar minn 200 000 klijent finali.

B’deroga mill-ewwel subparagrafu, l-Istati Membri jistgħu jeżentaw fornitur li jkollu aktar minn 200 000 klijent finali mill-obbligu li joffri kuntratti għall-provvista tal-elettriku għal terminu fiss bi prezz fiss, meta:

(a) 

il-fornitur joffri biss kuntratti bi prezz dinamiku;

(b) 

l-eżenzjoni ma jkollhiex impatt negattiv fuq il-kompetizzjoni; u

(c) 

jibqa’ jkun hemm għażla suffiċjenti ta’ kuntratti għall-provvista tal-elettriku għal terminu fiss bi prezz fiss għall-klijenti finali.

L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ma jimmodifikawx unilateralment it-termini u l-kundizzjonijiet tal-kuntratti għall-provvista tal-elettriku għal terminu fiss bi prezz fiss u ma jitterminawx tali kuntratti qabel ma jilħqu l-maturità tagħhom.

Artikolu 11 1a.
Qabel il-konklużjoni jew l-estensjoni ta’ kwalunkwe kuntratt imsemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-klijenti finali għandhom jiġu pprovduti b’sommarju tat-termini u l-kundizzjonijiet kuntrattwali ewlenin b’mod prominenti u b’lingwaġġ ċar u konċiż. Dak is-sommarju għandu jistabbilixxi d-drittijiet imsemmija fl-Artikolu 10(3) u (4) u għandu jinkludi mill-inqas dan li ġej:
(a) 

il-prezz totali u d-diżaggregazzjoni tiegħu;

(b) 

spjegazzjoni dwar jekk il-prezz huwiex fiss, varjabbli jew dinamiku;

(c) 

l-indirizz elettroniku tal-fornitur u d-dettalji ta’ hotline ta’ appoġġ għall-konsumaturi; u

(d) 

fejn rilevanti, informazzjoni dwar pagamenti ta’ darba, promozzjonijiet, servizzi addizzjonali u skontijiet.

Il-Kummissjoni għandha tipprovdi gwida f’dak ir-rigward.

Artikolu 11 1b.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti finali b’kuntratti għall-provvista tal-elettriku għal terminu fiss bi prezz fiss ma jiġux esklużi milli jipparteċipaw, meta jiddeċiedu li jagħmlu dan, fir-rispons tad-domanda u fil-kondiviżjoni tal-enerġija u milli jikkontribwixxu b’mod attiv għall-issodisfar tal-ħtiġijiet għall-flessibbiltà tas-sistema nazzjonali tal-elettriku.
Artikolu 11 2.
L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-klijenti finali jkunu informati bis-sħiħ mill-fornituri dwar l-opportunitajiet, il-kostijiet u r-riskji tat- tipi ta’ kuntratti rispettivi għall-provvista tal-elettriku, u li l-fornituri jkunu meħtieġa jipprovdu informazzjoni lill-klijenti finali kif xieraq, inkluż fir-rigward tal-ħtieġa li jkollhom arloġġ tal-elettriku adegwat installat. L-awtoritajiet regolatorji għandhom:
(a) 

jimmonitorjaw l-iżviluppi tas-suq u jivvalutaw ir-riskji li prodotti u servizzi ġodda jistgħu jinvolvu u jindirizzaw il-prattiki abbużivi;

(b) 

jieħdu miżuri xierqa fejn jiġu identifikati tariffi għat-terminazzjoni mhux permissibbli f’konformità mal-Artikolu 12(3).

Artikolu 11 3.
Il-fornituri għandhom jiksbu l-kunsens ta' kull klijent finali qabel dak il-klijent jibdel għal kuntratt dwar prezz dinamiku tal-elettriku.
Artikolu 11 4.
Għall-inqas għal perjodu ta' għaxar snin wara li l-kuntratti tal-elettriku bi prezz dinamiku jsiru disponibbli, l-Istati Membri jew l-awtoritajiet regolatorji tagħhom għandhom jissorveljaw, u għandhom jippubblikaw rapport annwalidwar l-iżviluppi ewlenin ta' tali kuntratti, inklużi l-offerti tas-suq, u l-impatt fuq il-kontijiet tal-konsumaturi, u speċifikament il-livell ta' volatilità tal-prezz.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 12.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019L0944
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.