3. Minkejja l-paragrafu 1, meta dritt esklussiv jirrigwarda d-diġitalizzazzjoni tar-riżorsi kulturali, b'mod ġenerali l-perijodu ta' esklussività ma għandux jaqbeż l-għaxar snin. Fejn dak il-perijodu jaqbeż l-għaxar snin, id-durata tiegħu għandha tkun suġġetta għal rieżami matul il-11-il sena u, jekk applikabbli, kull seba' snin wara dan.
L-arranġamenti li jagħtu drittijiet esklussivi msemmijin fl-ewwel subparagrafu għandhom ikunu trasparenti u disponibbli għall-pubbliku.
Fil-każ ta' dritt esklussiv imsemmi fl-ewwel subparagrafu, il-korp tas-settur pubbliku kkonċernat għandu jingħata kopja mingħajr ħlas tar-riżorsi kulturali diġitalizzati bħala parti minn dawk l-arranġamenti. Dik il-kopja għandha tkun disponibbli għall-użu mill-ġdid fi tmiem il-perijodu ta' esklussività.