+Artikolu 1 Suġġett u għanijiet
---+Artikolu 1 1.
---+Artikolu 1 2.
---+Artikolu 1 3.
---+Artikolu 1 4.
---+Artikolu 1 5.
---+Artikolu 1 5a.
---+Artikolu 1 6.

Artikolu 1 Suġġett u għanijiet

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 1 1.
Dan ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti ta' rendiment tal-emissjonijiet ta' CO2 għall-karozzi ġodda tal-passiġġieri u għal vetturi kummerċjali ħfief ġodda sabiex jingħata kontribut biex tintlaħaq il-mira tal-Unjoni li tnaqqas l-emissjonijiet ta' gassijiet serra, kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2018/842 u jintlaħqu l-objettivi tal-Ftehim ta' Pariġi u jiġi żgurat il-funzjonament korrett tas-suq intern.
Artikolu 1 2.
Mill-1 ta' Jannar 2020, dan ir-Regolament jistabbilixxi mira għall-flotta kollha tal-UE ta' 95 g CO2/km għall-emissjonijiet medji ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri u mira għall-flotta kollha tal-UE ta' 147 g CO2/km għall-emissjonijiet medji ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda rreġistrati fl-Unjoni, kif imkejla sal-31 ta' Diċembru 2020 f'konformità mar-Regolament (KE) Nru 692/2008 flimkien mar-Regolamenti ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/1152 u (UE) 2017/1153, u, mill-1 ta' Jannar 2021 imkejla skont ir-Regolament (UE) 2017/1151.
Artikolu 1 3.
Sal-31 ta' Diċembru 2024 dan ir-Regolament se jiġi komplementat minn miżuri addizzjonali li jikkorrispondu għal tnaqqis ta' 10 g CO2/km bħala parti mill-approċċ integrat tal-Unjoni msemmi fil-komunikazzjoni mill-Kummissjoni tas-7 ta' Frar 2007 bit-titlu “Ir-riżultati tar-reviżjoni tal-Istrateġija Komunitarja sabiex jitnaqqsu l-emissjonijiet tas-CO2 minn karozzi tal-passiġġieri u vetturi kummerċjali ħfief”.
Artikolu 1 4.

Mill-1 ta' Jannar 2025 għandhom japplikaw il-miri li ġejjin għall-flotta kollha tal-UE:

(a) 

għall-emissjonijiet medji tal-flotta ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri, mira għall-flotta kollha tal-UE ugwali għal tnaqqis ta' 15 % tal-mira fl-2021, stabbilita skont il-punt 6.1.1 tal-Parti A tal-Anness I;

(b) 

għall-emissjonijiet medji tal-flotta ta' vetturi kummerċjali ħfief, mira għall-flotta kollha tal-UE ugwali għal tnaqqis ta' 15 % tal-mira fl-2021, stabbilita skont il-punt 6.1.1 tal-Parti B tal-Anness I.

Artikolu 1 5.

Mill-1 ta' Jannar 2030 għandhom japplikaw il-miri li ġejjin għall-flotta kollha tal-UE:

(a) 

għall-emissjonijiet medji tal-flotta ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri, mira għall-flotta kollha tal-UE ugwali għal tnaqqis ta' ►M5  55 % ◄ tal-mira fl-2021, stabbilita skont il-punt 6.1.2 tal-Parti A tal-Anness I;

(b) 

għall-emissjonijiet medji tal-flotta ta' vetturi kummerċjali ħfief, mira għall-flotta kollha tal-UE ugwali għal tnaqqis ta' ►M5  50 % ◄ tal-mira fl-2021, stabbilita skont il-punt 6.1.2 tal-Parti B tal-Anness I.

Artikolu 1 5a.

Mill-1 ta' Jannar 2035, għandhom japplikaw il-miri li ġejjin għall-flotta kollha tal-UE:

(a) 

għall-emissjonijiet medji tal-flotta l-ġdida tal-karozzi tal-passiġġieri, mira għall-flotta kollha tal-UE ugwali għal tnaqqis ta' 100 % tal-mira fl-2021 iddeterminata f'konformità mal-Parti A, il-punt 6.1.3, tal-Anness I;

(b) 

għall-emissjonijiet medji tal-flotta l-ġdida ta' vetturi kummerċjali ħfief, mira għall-flotta kollha tal-UE ugwali għal tnaqqis ta' 100 % tal-mira fl-2021 iddeterminata f'konformità mal-Parti B, il-punt 6.1.3, tal-Anness I.

Artikolu 1 6.
Mill-1 ta' Jannar 2025 sal-31 ta' Diċembru 2029, għandu japplika punt ta' riferiment ta' emissjonijiet żero u baxxi tal-vetturi ugwali għal sehem ta' 25 % tal-flotta ta' karozzi ġodda tal-passiġġieri u ugwali għal sehem ta' 17 % tal-flotta ta' vetturi kummerċjali ħfief ġodda f'konformità mal-punti 6.3 tal-Partijiet A u B tal-Anness I, rispettivament.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 09.07.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0631
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.