+Artikolu 13 Terminazzjoni mingħajr miżuri ta' rimedju
---+Artikolu 13 1
---+Artikolu 13 2
---+Artikolu 13 3
|
Artikolu 13 Terminazzjoni mingħajr miżuri ta' rimedju
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 13 1
|
1. Il-Kummissjoni għandha ttemm l-investigazzjoni mingħajr ma jiġu adottati miżuri ta' rimedju meta l-ilment jiġi rtirat, sakemm il-Kummissjoni ma tkomplix l-investigazzjoni fuq l-inizjattiva tagħha stess.
|
|
Artikolu 13 2
|
2. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni, li jtemmu l-investigazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 5 mingħajr ma tadotta miżuri ta' rimedju meta:
|
(a)
|
il-Kummissjoni tikkonkludi li xi waħda minn dawn li ġejjin ma tkunx stabbilita:
|
(i)
|
l-eżistenza ta' prattika li tfixkel il-kompetizzjoni, adottata minn pajjiż terz jew entità ta' pajjiż terz;
|
|
(ii)
|
l-eżistenza ta' ħsara jew theddida ta' ħsara għat-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni kkonċernati;
|
|
(iii)
|
l-eżistenza ta' rabta kawżali bejn il-ħsara jew it-theddida ta' ħsara u l-prattika meqjusa;
|
|
|
(b)
|
il-Kummissjoni tikkonkludi li l-adozzjoni tal-miżuri ta' rimedju skont l-Artikolu 14 tkun kontra l-interessi tal-Unjoni;
|
|
(c)
|
il-pajjiż terz jew l-entità tal-pajjiż terz ikkonċernata jkunu eliminaw il-prattika li tfixkel il-kompetizzjoni; jew
|
|
(d)
|
il-pajjiż terz jew l-entità tal-pajjiż terz ikkonċernata jkunu eliminaw il-ħsara jew it-theddida ta' ħsara għat-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni kkonċernati.
|
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).
|
|
Artikolu 13 3
|
3. Id-deċiżjoni li ttemm l-investigazzjoni skont il-paragrafu 2 għandha tkun akkumpanjata b'dikjarazzjoni tar-raġunijiet tagħha u għandha tiġi ppubblikata f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 10.05.2019 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0712
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|