2. Il-Kummissjoni għandha tadotta atti ta' implimentazzjoni, li jtemmu l-investigazzjoni mwettqa skont l-Artikolu 5 mingħajr ma tadotta miżuri ta' rimedju meta:
|
(a)
|
il-Kummissjoni tikkonkludi li xi waħda minn dawn li ġejjin ma tkunx stabbilita:
|
(i)
|
l-eżistenza ta' prattika li tfixkel il-kompetizzjoni, adottata minn pajjiż terz jew entità ta' pajjiż terz;
|
|
(ii)
|
l-eżistenza ta' ħsara jew theddida ta' ħsara għat-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni kkonċernati;
|
|
(iii)
|
l-eżistenza ta' rabta kawżali bejn il-ħsara jew it-theddida ta' ħsara u l-prattika meqjusa;
|
|
|
(b)
|
il-Kummissjoni tikkonkludi li l-adozzjoni tal-miżuri ta' rimedju skont l-Artikolu 14 tkun kontra l-interessi tal-Unjoni;
|
|
(c)
|
il-pajjiż terz jew l-entità tal-pajjiż terz ikkonċernata jkunu eliminaw il-prattika li tfixkel il-kompetizzjoni; jew
|
|
(d)
|
il-pajjiż terz jew l-entità tal-pajjiż terz ikkonċernata jkunu eliminaw il-ħsara jew it-theddida ta' ħsara għat-trasportaturi bl-ajru tal-Unjoni kkonċernati.
|
Dawk l-atti ta' implimentazzjoni għandhom jiġu adottati skont il-proċedura ta' eżami msemmija fl-Artikolu 16(2).