+Artikolu 6 Bini ta’ kapaċitajiet
---+Artikolu 6 1.
---+Artikolu 6 2.

Artikolu 6 Bini ta’ kapaċitajiet

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 6 1.

L-ENISA għandha tassisti:

(a) 

lill-Istati Membri fl-isforzi tagħhom biex itejbu l-prevenzjoni, l-kxif u l-analiżi u l-kapaċità li jirrispondu għat-theddid u l-inċidenti ċibernetiċi billi tipprovdilhom l-għarfien u l-pariri esperti meħtieġa;

(b) 

lill-Istati Membri u lill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni biex jistabbilixxu u jimplimentaw politiki ta’ divulgazzjoni tal-vulnerabbiltajiet fuq bażi volontarja;

(c) 

lill-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni fl-isforzi tagħhom biex itejbu l-prevenzjoni, il-kxif u l-analiżi ta’ theddid u inċidenti ċibernetiċi u biex itejbu l-kapaċitajiet tagħhom li jirrispondu għal tali theddid u inċidenti ċibernetiċi, b’mod partikolari permezz ta’ appoġġ xieraq għas-CERT-EU;

(d) 

lill-Istati Membrifl-iżvilupp tal-CSIRTs nazzjonali, fejn mitluba skont l-Artikolu 9(5) tad-Direttiva (UE) 2016/1148;

(e) 

lill-Istati Membrifl-iżvilupp tal-istrateġiji nazzjonali dwar is-sigurtà tan-netwerk u tas-sistemi tal-informazzjoni, fejn mitluba skont l-Artikolu 7(2) tad-Direttiva (UE) 2016/1148, u tippromwovi t-tixrid ta’ dawk l-istrateġiji u tieħu nota tal-progress tagħhom fl-implimentazzjoni tagħhom fl-Unjoni kollha sabiex tippromwovi l-aqwa prattiki;

(f) 

lill-istituzzjonijiet tal-Unjoni fl-iżvilupp u r-rieżami tal-istrateġiji tal-Unjoni rigward iċ-ċibersigurtà, il-promozzjoni tat-tixrid tagħhom u s-segwitu fl-implimentazzjoni tagħhom;

(g) 

lis-CSIRTs nazzjonali u tal-Unjoni biex itejbu l-livell tal-kapaċitajiet tagħhom, inkluż permezz tal-promozzjoni tad-djalogu u l-iskambji tal-informazzjoni, bil-għan li jiġi żgurat li, fir-rigward tal-ogħla livell tal-iżvilupp tekniku, kull CSIRT tippossjedi sett komuni ta’ kapaċitajiet minimi u li topera skont l-aħjar prattiki;

(h) 

l-Istati Membri billi torganizza regolarment l-eżerċizzji taċ-ċibersigurtà fil-livell tal-Unjoni msemmija fl-Artikolu 7(5) tal-inqas kull sentejn u billi tagħmel rakkomandazzjonijiet ta’ politika abbażi tal-proċess ta’ evalwazzjoni tal-eżerċizzji u t-tagħlimiet miksuba minnhom;

(i) 

lill-korpi ta’ politika rilevanti billi toffrilhom taħriġ rigward iċ-ċibersigurtà, fejn xieraq f’kooperazzjoni mal-partijiet ikkonċernati;

(j) 

lill-Grupp ta’ Kooperazzjoni, fl-iskambju tal-aħjar prattiki, b’mod partikolari fir-rigward tal-identifikazzjoni mill-Istati Membri tal-operaturi ta’ servizzi essenzjali, skont il-punt (1) tal-Artikolu 11(3) tad-Direttiva (UE) 2016/1148 ukoll fir-rigward ta’ dipendenzi transfruntiera fir-rigward ta’ riskji u inċidenti.

Artikolu 6 2.
L-ENISA għandha tappoġġa l-kondiviżjoni ta’ informazzjoni fis-setturi u bejniethom, b’mod partikolari fis-setturi elenkati fl-Anness II għad-Direttiva (UE) 2016/1148, billi tipprovdi l-aħjar prattiki u gwida dwar l-għodod disponibbli, il-proċeduri, kif ukoll dwar kif għandhom jiġu indirizzati kwistjonijiet regolatorji marbuta mal-kondiviżjoni tal-informazzjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.02.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0881
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.