+Artikolu 49 Tħejjija, adozzjoni u rieżami ta’ skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà
---+Artikolu 49 1.
---+Artikolu 49 2.
---+Artikolu 49 3.
---+Artikolu 49 4.
---+Artikolu 49 5.
---+Artikolu 49 6.
---+Artikolu 49 7.
---+Artikolu 49 8.

Artikolu 49 Tħejjija, adozzjoni u rieżami ta’ skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 49 1.
Wara talba mill-Kummissjoni skont l-Artikolu 48, l-ENISA għandha tħejji skema kandidata li tissodisfa r-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fl-Artikoli 51, 51a, 52 u 54.
Artikolu 49 2.
Fuq talba mill-ECCG skont l-Artikolu 48(2), l-ENISA tista’ tħejji skema kandidata li tissodisfa r-rekwiżiti applikabbli stabbiliti fl-Artikoli 51, 51a, 52 u 54. Jekk l-ENISA tiċħad tali talba, għandha tagħti raġunijiet għal tali ċaħda. Kwalunkwe deċiżjoni li tinċaħad tali talba għandha tittieħed mill-Bord ta’ Tmexxija.
Artikolu 49 3.
Meta tħejji skema kandidata, l-ENISA għandha tikkonsulta l-partijiet ikkonċernati rilevanti kollha b’mod f’waqtu permezz ta’ proċess ta’ konsultazzjoni formali, miftuħa, trasparenti u inklużivi. Meta tibgħat l-iskema kandidata lill-Kummissjoni, skont il-paragrafu 6, l-ENISA għandha tipprovdi informazzjoni dwar il-mod kif tkun ikkonformat ma’ dan il-paragrafu.
Artikolu 49 4.
Għal kull skema kandidata, l-ENISA għandha tistabbilixxi grupp ta’ ħidma ad hoc f’konformità mal-Artikolu 20(4) bil-għan li jipprovdi parir speċifiku u għarfien espert lill-ENISA. Dawk il-gruppi ta’ ħidma ad hoc għandhom, kif xieraq u mingħajr preġudizzju għall-proċeduri u d-diskrezzjoni previsti fl-Artikolu 20(4), jinkludu esperti mill-amministrazzjonijiet pubbliċi tal-Istati Membri, l-istituzzjonijiet, il-korpi, l-uffiċċji u l-aġenziji tal-Unjoni, u s-settur privat.
Artikolu 49 5.
L-ENISA għandha tikkoopera mill-qrib mal-ECCG. Il-ECCG għandu jipprovdi assistenza u pariri esperti lill-ENISA b’rabta mat-tħejjija tal-iskema kandidata u għandu jadotta opinjoni dwar l-iskema kandidata.
Artikolu 49 6.
L-ENISA għandha tieħu kemm jista’ jkun kont tal-opinjoni tal-ECCG qabel ma tibgħat l-iskema kandidata mħejjija f’konformità mal-paragrafi 3, 4 u 5 lill-Kummissjoni. L-opinjoni tal-ECCG ma għandhiex tkun vinkolanti fuq l-ENISA, u n-nuqqas ta’ tali opinjoni lanqas ma għandu jimpedixxi lill-ENISA milli tibgħat l-iskema kandidata lill-Kummissjoni.
Artikolu 49 7.
Abbażi tal-iskema kandidata preparata mill-ENISA, il-Kummissjoni tista’ tadotta atti ta’ implimentazzjoni biex tipprevedi skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għall-prodotti tal-ICT, is-servizzi tal-ICT, il-proċessi tal-ICT u s-servizzi tas-sigurtà ġestiti li jissodisfaw ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 51, 51a, 52 u 54. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 66(2).
Artikolu 49 8.
Tal-inqas kull ħames snin, l-ENISA għandha tevalwa kull skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà adottati, b’kont meħud tal-feedback li tirċievi mill-partijiet interessati. Jekk ikun meħtieġ, il-Kummissjoni jew il-ECCG jista’ jitlob lill-ENISA biex tibda l-proċess ta’ żvilupp ta’ skema kandidata riveduta f’konformità mal-Artikoli 48 ta’ dan l-Artikolu.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.02.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0881
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.