+Artikolu 51 Objettivi marbutin mas-sigurtà tal-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għall-prodotti tal-ICT, is-servizzi tal-ICT u l-proċessi tal-ICT

Artikolu 51 Objettivi marbutin mas-sigurtà tal-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għall-prodotti tal-ICT, is-servizzi tal-ICT u l-proċessi tal-ICT

Artikolu 51

▼M1

Objettivi marbutin mas-sigurtà tal-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għall-prodotti tal-ICT, is-servizzi tal-ICT u l-proċessi tal-ICT

Skema Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għall-prodotti tal-ICT, is-servizzi tal-ICT jew il-proċessi tal-ICT għandha titfassal b’tali mod li tikseb, kif applikabbli, tal-inqas l-objettivi marbutin mas-sigurtà li ġejjin:

▼B

(a) 

il-protezzjoni tad-data maħżuna, trasmessa jew ipproċessata b’xi mod ieħor, minn ħżin, ipproċessar, aċċess jew divulgazzjoni aċċidentali jew mhux awtorizzata tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-prodott ICT, tas-servizz ICT jew tal-proċess ICT;

(b) 

il-protezzjoni tad-data maħżuna, trasmessa jew ipproċessata b’xi mod ieħor milli tinqered, tintilef jew tiġi mmodifikata b’mod aċċidentali jew mhux awtorizzat jew minn nuqqas ta’ disponibbiltà tul iċ-ċiklu tal-ħajja kollu tal-prodott ICT, tas-servizz ICT jew tal-proċess ICT;

(c) 

li persuni, programmi jew magni awtorizzati jkunu jistgħu biss jaċċessaw id-data, is-servizzi jew il-funzjonijiet li għalihom jirreferu d-drittijiet tagħhom ta’ aċċess;

(d) 

l-identifikazzjoni u d-dokumentazzjoni ta’ dipendenzi u vulnerabbiltajiet magħrufa;

(e) 

ir-reġistrazzjoni ta’ liema data, servizzi jew funzjonijiet ikunu ġew aċċessati, użati jew ipproċessati b’xi mod ieħor, il-ħinijiet ta’ meta sar dan u minn min;

(f) 

ikun possibbli li jiġi vverifikat liema data, servizzi jew funzjonijiet ikunu ġew aċċessati, użati jew ipproċessati b’xi mod ieħor, il-ħinijiet ta’ meta sar dan u minn min;

(g) 

il-verifikazzjoni li l-prodotti ICT, is-servizzi ICT u proċessi tal-ICT ma jkunx fihom vulnerabbiltajiet magħrufa;

(h) 

l-istabbiliment mill-ġdid tad-disponibbiltà u l-aċċess għad-data, is-servizzi u l-funzjonijiet mingħajr dewmien fil-każ ta’ inċident fiżiku jew tekniku;

(i) 

li l-prodotti ICT, is-servizzi ICT u l-proċessi tal-ICT ikunu siguri b’mod awtomatiku u mid-disinn;

(j) 

li l-prodotti ICT, servizzi ICT u l-proċessi tal-ICT jiġu pprovduti b’software u hardware aġġornati li ma jkunx fihom vulnerabbiltajiet magħrufa pubblikament, u jiġu pprovduti b’mekkaniżmi għal aġġornamenti sikuri.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 04.02.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0881
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.