|
+Artikolu 58 7. |
Artikolu 58 7.L-awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà għandhom:
(a)
jissorveljaw u jinfurzaw ir-regoli inklużi fl-iskemi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà skont l-Artikolu 54(1), il-punt (j), għall-monitoraġġ tal-konformità tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċessi tal-ICT u tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti mar-rekwiżiti taċ-ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà li jkunu nħarġu fit-territorji rispettivi tagħhom, b’kooperazzjoni mal-awtoritajiet tas-sorveljanza tas-suq rilevanti l-oħra;
(b)
jimmonitorjaw il-konformità ma’ u jinfurzaw, l-obbligi tal-manifatturi jew il-fornituri tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċessi tal-ICT jew tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti li jkunu stabbiliti fit-territorji rispettivi tagħhom u li jwettqu awtovalutazzjoni tal-konformità, u għandhom b’mod partikolari jimmonitorjaw il-konformità ma’ u jinfurzaw l-obbligi ta’ tali manifatturi jew fornituri stabbiliti fl-Artikolu 53(2) u (3) u fl-iskema korrispondenti Ewropea taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà;
(c)
mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 60(3), jassistu u jappoġġaw b’mod attiv lill-korpi nazzjonali ta’ akkreditazzjoni fil-monitoraġġ u s-superviżjoni tal-attivitajiet tal-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità, għall-fini ta’ dan ir-Regolament;
(d)
jimmonitorjaw u jissorveljaw l-attivitajiet tal-korpi pubbliċi msemmija fl-Artikolu 56(5);
(e)
fejn applikabbli jawtorizzaw lill-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità skont mal-Artikolu 60(3) u jirrestrinġu, jissospendu jew jirtiraw l-awtorizzazzjoni eżistenti fejn il-korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità jiksru rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament;
(f)
jittrattaw l-ilmenti mressqa minn persuni fiżiċi jew ġuridiċi fir-rigward ta’ ċertifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà maħruġa minn awtoritajiet nazzjonali taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà jew, ta’ ċettifikati Ewropej taċ-ċibersigurtà maħruġa minn korpi ta’ valutazzjoni tal-konformità skont l-Artikolu 56(6) jew fir-rigward ta’ dikjarazzjonijiet ta’ konformità tal-UE maħruġa skont l-Artikolu 53, u għandhom jinvestigaw is-suġġett ta’ tali ilmenti safejn ikun adatt, u għandhom jinfurmaw lill-ilmentatur dwar il-progress u l-eżitu tal-investigazzjoni f’perijodu raġonevoli;
(g)
jipprovdu rapport sommarju annwali dwar l-attivitajiet imwettqa skont il-punti (b), (c) u (d) ta’ dan il-paragrafu jew skont il-paragrafu 8 lill-ENISA u lill-ECCG;
(h)
jikkooperaw ma’ awtoritajiet nazzjonali oħra responsabbli għaċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà jew awtoritajiet pubbliċi oħra, inkluż billi jikkondividu l-informazzjoni dwar in-nuqqas ta’ konformità possibbli tal-prodotti tal-ICT, tas-servizzi tal-ICT, tal-proċessi tal-ICT jew tas-servizzi tas-sigurtà ġestiti mar-rekwiżiti ta’ dan ir-Regolament jew mar-rekwiżiti ta’ skemi speċifiċi Ewropej taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà; u
(i)
jimmonitorjaw l-iżviluppi rilevanti fil-qasam taċ-ċertifikazzjoni taċ-ċibersigurtà. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|