+Artikolu 30 Gruppi ta' ħidma
---+Artikolu 30 1.
---+Artikolu 30 2.
---+Artikolu 30 3.
---+Artikolu 30 4.

Artikolu 30 Gruppi ta' ħidma

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 30 1.
Meta jkun ġustifikat, u b'mod partikolari biex jappoġġa l-ħidma tad-Direttur u tal-Bord tar-Regolaturi fir-rigward ta' kwistjonijiet regolatorji u għall-fini tat-tħejjija ta' opinjonijiet, rakkomandazzjonijiet u deċiżjonijiet imsemmija fl-Artikolu 3(1), l-Artikoli 4 sa 8, l-Artikolu 9(1) u (3), l-Artikolu 10, il-punt (c) tal-Artikolu 11, l-Artikolu 13, l-Artikolu 15(4), u l-Artikoli 30 u 43, il-Bord tal-Amministrazzjoni għandu jistabbilixxi jew ineħħi gruppi ta' ħidma abbażi ta' proposta konġunta mid-Direttur u l-Bord tar-Regolaturi.

It-twaqqif jew it-tneħħija ta' grupp ta' ħidma għandu jirrikjedi opinjoni favorevoli tal-Bord tar-Regolaturi.

Artikolu 30 2.
Il-gruppi ta' ħidma għandhom ikunu magħmula minn esperti mill-persunal tal-ACER u mill-awtoritajiet regolatorji. L-esperti mill-Kummissjoni jistgħu jipparteċipaw fil-gruppi ta' ħidma. L-ACER m'għandhiex tkun responsabbli għall-ispejjeż għall-parteċipazzjoni ta' esperti mill-persunal ta' awtoritajiet regolatorji fil-gruppi ta' ħidma tal-ACER. Il-gruppi ta' ħidma għandhom iqisu l-fehmiet ta' esperti minn awtoritajiet nazzjonali rilevanti oħrajn fejn dawk l-awtoritajiet ikunu kompetenti.
Artikolu 30 3.
Il-Bord tal-Amministrazzjoni għandu jadotta u jippubblika regoli ta' proċedura interni għall-funzjonament tal-gruppi ta' ħidma abbażi ta' proposta mid-Direttur u wara li jkun ikkonsulta mal-Bord tar-Regolaturi u kiseb l-opinjoni favorevoli tiegħu.
Artikolu 30 4.
Il-Gruppi ta' Ħidma tal-ACER għandhom iwettqu l-attivitajiet assenjati lilhom fid-dokument ta' programmazzjoni adottat skont l-Artikolu 20 u kwalunkwe attività skont dan ir-Regolament assenjata lilhom mill-Bord tar-Regolaturi u mid-Direttur.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 05.02.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32019R0942
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.