3. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, il-proġetti ta’ riċerka jew il-proġetti pilota marbuta ma’ faċilitajiet tar-reklamazzjoni jistgħu jiġu eżenti minn dan ir-Regolament fejn l-awtorità kompetenti tistabbilixxi li l-kriterji li ġejjin ikunu ġew issodisfati:
|
(a)
|
il-proġett ta’ riċerka jew il-proġett pilota mhux ser jitwettaq f’korp ta’ ilma użat għall-astrazzjoni tal-ilma maħsub għall-konsum mill-bniedem jew żoni ta’ salvagwardja rilevanti magħżula skont id-Direttiva 2000/60/KE;
|
|
(b)
|
il-proġett ta’ riċerka jew il-proġett pilota ser ikun soġġett għal monitoraġġ xieraq.
|
Kwalunkwe eżenzjoni skont dan il-paragrafu għandha tkun limitata għal perijodu massimu ta’ ħames snin.
L-għelejjel li jirriżultaw minn proġett ta’ riċerka jew proġett pilota eżentat skont dan il-paragrafu ma għandhomx jitqiegħdu fis-suq.