+Artikolu 3 Definizzjonijiet
---+Artikolu 3 (1)
---+Artikolu 3 (2)
---+Artikolu 3 (3)
---+Artikolu 3 (4)
---+Artikolu 3 (5)
---+Artikolu 3 (6)
---+Artikolu 3 (7)
---+Artikolu 3 (8)
---+Artikolu 3 (9)
---+Artikolu 3 (10)
---+Artikolu 3 (11)
---+Artikolu 3 (12)
---+Artikolu 3 (13)
---+Artikolu 3 (14)
---+Artikolu 3 (15)
|
Artikolu 3 Definizzjonijiet
Għall-finijiet ta’ dan ir-Regolament, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 3 (1)
|
‘awtorità kompetenti’ tfisser awtorità jew korp maħtura minn Stat Membru biex iwettaq l-obbligi tiegħu skont dan ir-Regolament rigward l-għoti ta’ permessi għall-produzzjoni jew il-provvista ta’ ilma reklamat, rigward l-eżenzjonijiet għal proġetti ta’ riċerka jew proġetti pilota u rigward il-verifika tal-konformità;
|
|
Artikolu 3 (2)
|
‘utent aħħari’ tfisser persuna fiżika jew ġuridika, kemm jekk entità pubblika jew privata, li tuża l-ilma reklamat għat-tisqija agrikola;
|
|
Artikolu 3 (3)
|
‘ilma mormi urban’ tfisser ilma mormi urban kif definit fil-punt (1) tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 91/271/KEE;
|
|
Artikolu 3 (4)
|
‘ilma reklamat’ tfisser ilma mormi urban li ġie trattat f’konformità mar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 91/271/KEE u li jirriżulta minn trattament ulterjuri f’faċilità tar-reklamazzjoni f’konformità mat-Taqsima 2 tal-Anness I għal dan ir-Regolament;
|
|
Artikolu 3 (5)
|
‘faċilità tar-reklamazzjoni’ tfisser impjant tat-trattament tal-ilma mormi urban jew faċilità oħra li tittratta ulterjorment l-ilma mormi urban li jikkonformaw mar-rekwiżiti stabbiliti fid-Direttiva 91/271/KEE sabiex jiġi prodott ilma li huwa tajjeb għal użu speċifikat fit-Taqsima 1 tal-Anness I għal dan ir-Regolament;
|
|
Artikolu 3 (6)
|
‘operatur ta’ faċilità tar-reklamazzjoni’ tfisser persuna fiżika jew ġuridika, li tirrappreżenta entità privata jew awtorità pubblika, li tħaddem jew tikkontrolla faċilità tar-reklamazzjoni;
|
|
Artikolu 3 (7)
|
‘periklu’ tfisser aġent bijoloġiku, kimiku, fiżiku jew radjoloġiku li għandu l-potenzjal li jikkawża dannu lill-bnedmin, lill-annimali, lill-għelejjel jew lill-pjanti, lil bijota terrestri oħra, lil bijota akkwatiċi, lill-ħamrija jew lill-ambjent b’mod ġenerali;
|
|
Artikolu 3 (8)
|
‘riskju’ tfisser il-probabbiltà ta’ perikli identifikati li jikkawżaw dannu f’medda ta’ żmien speċifika, inkluż is-severità tal-konsegwenzi;
|
|
Artikolu 3 (9)
|
‘ġestjoni tar-riskju’ tfisser ġestjoni sistematika li b’mod konsistenti tiżgura li l-użu mill-ġdid tal-ilma huwa sikur f’kuntest speċifiku;
|
|
Artikolu 3 (10)
|
‘miżura preventiva’ tfisser azzjoni jew attività xierqa li tista’ tipprevjeni jew telimina riskju għas-saħħa jew għall-ambjent, jew li tista’ tnaqqas tali riskju għal livell aċċettabbli;
|
|
Artikolu 3 (11)
|
‘punt ta’ konformità’ tfisser il-punt fejn operatur ta’ faċilità tar-reklamazzjoni jipprovdi ilma reklamat lill-attur sussegwenti fil-katina;
|
|
Artikolu 3 (12)
|
‘ostaklu’ huwa kwalunkwe mezz, inklużi passi fiżiċi jew ta’ proċess jew kondizzjonijiet tal-użu, li jnaqqas jew jipprevjeni r-riskju ta’ infezzjoni lill-bniedem billi jipprevjeni l-kuntatt tal-ilma reklamat mal-prodott li għandu jittiekel u mal-persuni esposti direttament, jew mezzi oħra li, pereżempju, inaqqsu l-konċentrazzjoni tal-mikroorganiżmi fl-ilma reklamat jew jipprevjeni s-sopravivenza tagħhom fuq il-prodott li għandu jittiekel;
|
|
Artikolu 3 (13)
|
‘permess’ tfisser awtorizzazzjoni bil-miktub maħruġa minn awtorità kompetenti għall-produzzjoni jew il-provvista ta’ ilma reklamat għat-tisqija agrikola skont dan ir-Regolament;
|
|
Artikolu 3 (14)
|
‘parti responsabbli’ tfisser parti li twettaq rwol jew attività fis-sistema tal-użu mill-ġdid tal-ilma, inkluż l-operatur tal-faċilità tar-reklamazzjoni, l-operatur tal-impjant tat-trattament tal-ilma mormi urban fejn dan ikun differenti mill-operatur tal-faċilità tar-reklamazzjoni, l-awtorità rilevanti għajr l-awtorità kompetenti maħtura, l-operatur tad-distribuzzjoni tal-ilma reklamat jew l-operatur tal-ħażna tal-ilma reklamat;
|
|
Artikolu 3 (15)
|
‘sistema tal-użu mill-ġdid tal-ilma’ tfisser l-infrastruttura u elementi tekniċi oħra meħtieġa għall-produzzjoni, il-provvista u l-użu tal-ilma reklamat; din tinkludi l-elementi kollha mill-punt ta’ dħul tal-impjant tat-trattament tal-ilma mormi sal-punt fejn l-ilma reklamat jiġi użat għat-tisqija agrikola, inkluża l-infrastruttura tad-distribuzzjoni u l-ħżin, fejn rilevanti.
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 05.06.2020 00:00:00 -Doknr: CELEX:32020R0741
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|