+Artikolu 7 Pjanijiet ta’ azzjoni annwali u miżuri
---+Artikolu 7 1
---+Artikolu 7 2
---+Artikolu 7 3
---+Artikolu 7 4

Artikolu 7 Pjanijiet ta’ azzjoni annwali u miżuri

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 7 1

1.   Il-Kummissjoni għandha tadotta pjanijiet ta’ azzjoni annwali abbażi tal-programmi indikattivi pluriennali. Il-Kummissjoni tista’ tadotta wkoll miżuri speċjali u miżuri ta’ appoġġ.

Fil-każ ta’ ħtiġijiet, ċirkostanzi jew impenji mhux previsti u debitament iġġustifikati, il-Kummissjoni tista’ tadotta miżuri speċjali.

Il-pjanijiet ta’ azzjoni u l-miżuri speċjali għandhom jispeċifikaw għal kull pajjiż terz jew reġjun, l-objettivi segwiti, il-proċeduri ta’ ġestjoni, il-proġetti li għandhom jiġu ffinanzjati, skeda ta’ żmien indikattiva, ir-riżultati mistennija u l-attivitajiet ewlenin, il-metodi u, fejn adatt, l-istatus tal-pjanijiet ta’ azzjoni u l-miżuri speċjali għal kull pajjiż terz jew reġjun, il-baġit u kwalunkwe nefqa ta’ appoġġ assoċjata. Dawk il-pjanijiet ta’ azzjoni u l-miżuri għandhom jinkludu deskrizzjoni tal-ġabra ta’ azzjonijiet li għandhom jiġu finanzjati u deskrizzjoni fil-qosor ta’ kull azzjoni, indikazzjoni tal-ammonti allokati għal kull azzjoni, skeda ta’ żmien indikattiva għall-implimentazzjoni u indikaturi speċifiċi għall-monitoraġġ, l-evalwazzjoni u l-analiżi tal-prestazzjoni u r-riżultati kif ukoll kwalunkwe nefqa ta’ appoġġ assoċjata, kif adatt. Jekk adatt, dawn għandhom jinkludu r-riżultati ta’ kwalunkwe tagħlima li ttieħdet minn kooperazzjoni preċedenti.

Artikolu 7 2

2.   Il-pjanijiet ta’ azzjoni u l-miżuri għandhom jiġu adottati permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 15(2).

Artikolu 7 3

3.   Il-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 15(2) ma għandhiex tkun meħtieġa għal:

(a)

miżuri speċjali u miżuri ta’ appoġġ li għalihom il-finanzjament tal-Unjoni ma jaqbiżx il-EUR 5 miljun;

(b)

emendi tekniċi, sakemm dawn ma jaffettwawx sostanzjalment l-objettivi tal-pjan ta’ azzjoni jew tal-miżura kkonċernata, bħal:

(i)

bidla fil-metodu tal-implimentazzjoni;

(ii)

riassenjazzjonijiet ta’ fondi bejn l-azzjonijiet li jinsabu fi pjan ta’ azzjoni;

(iii)

żiediet jew tnaqqis fil-baġit tal-pjanijiet ta’ azzjoni u miżuri speċjali b’mhux iktar minn 20 % tal-baġit inizjali u li ma jaqbiżx il-EUR 5 miljun.

Ladarba adottati f’konformità ma’ dan il-paragrafu, il-miżuri speċjali u l-miżuri ta’ sostenn kif ukoll l-emendi tekniċi tagħhom għandhom jiġu kkomunikati lill-kumitat tal-Istrument Ewropew għal Kooperazzjoni Internazzjonali fil-qasam tas-Sikurezza Nukleari msemmi fl-Artikolu 15 fi żmien xahar mill-adozzjoni tagħhom. Dawn għandhom jiġu kkomunikati wkoll lill-Parlament Ewropew.

Artikolu 7 4

4.   Għal raġunijiet imperattivi ta’ urġenza debitament ġustifikati relatati mal-ħtieġa għal rispons rapidu mill-Komunità, il-Kummissjoni, f’konformità mal-proċedura msemmija fl-Artikolu 15(3), għandha tadotta jew temenda l-pjanijiet ta’ azzjoni jew miżuri permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, li għandhom japplikaw immedjatament.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 14.06.2021 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R0948
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.