|
+Artikolu 5 1. |
Artikolu 5 1.Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-Impriża Konġunta, li tinkludi l-approprjazzjonijiet taż-ŻEE, għandha tkun sa EUR 4 122 300 000 , li tinkludi EUR 92 000 000 għall-kostijiet amministrattivi, dment li dak l-ammont ikun mill-anqas korrispost mill-kontribuzzjoni tal-Istati Parteċipanti, imqassmin b’mod indikattiv kif ġej:
(a)
sa EUR 1 660 000 000 minn Orizzont Ewropa, inkluż EUR 160 000 000 għall-implimentazzjoni ta’ attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni tal-kwantum kif imsemmi fl-Artikolu 4(1), il-punt (j), u f’konformità mal-Artikolu 34(1) u (2);
(b)
sa EUR 2 142 300 000 mill-Programm Ewropa Diġitali; u
(c)
sa EUR 320 000 000 mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa. Fondi addizzjonali minn Orizzont Ewropa, mill-Programm Ewropa Diġitali u mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa jistgħu jikkumplimentaw il-kontribuzzjoni tal-Unjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, dment li l-ammonti addizzjonali jkunu mill-anqas korrisposti mill-kontribuzzjoni ta’ membru wieħed jew aktar mill-membri tal-Impriża Konġunta minbarra l-Unjoni. Tali fondi addizzjonali ma għandhomx jitqiesu fil-kalkolu tal-kontribuzzjoni finanzjarja massima tal-Unjoni. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|