+Artikolu 5 Kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni
---+Artikolu 5 1.
---+Artikolu 5 2.
---+Artikolu 5 3.
---+Artikolu 5 4.
---+Artikolu 5 4a.
---+Artikolu 5 5.

Artikolu 5 Kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 5 1.

Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni għall-Impriża Konġunta, li tinkludi l-approprjazzjonijiet taż-ŻEE, għandha tkun sa EUR 4 122 300 000 , li tinkludi EUR 92 000 000 għall-kostijiet amministrattivi, dment li dak l-ammont ikun mill-anqas korrispost mill-kontribuzzjoni tal-Istati Parteċipanti, imqassmin b’mod indikattiv kif ġej:

(a) 

sa EUR 1 660 000 000 minn Orizzont Ewropa, inkluż EUR 160 000 000 għall-implimentazzjoni ta’ attivitajiet ta’ riċerka u innovazzjoni tal-kwantum kif imsemmi fl-Artikolu 4(1), il-punt (j), u f’konformità mal-Artikolu 34(1) u (2);

(b) 

sa EUR 2 142 300 000 mill-Programm Ewropa Diġitali; u

(c) 

sa EUR 320 000 000 mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa.

Fondi addizzjonali minn Orizzont Ewropa, mill-Programm Ewropa Diġitali u mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa jistgħu jikkumplimentaw il-kontribuzzjoni tal-Unjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, dment li l-ammonti addizzjonali jkunu mill-anqas korrisposti mill-kontribuzzjoni ta’ membru wieħed jew aktar mill-membri tal-Impriża Konġunta minbarra l-Unjoni. Tali fondi addizzjonali ma għandhomx jitqiesu fil-kalkolu tal-kontribuzzjoni finanzjarja massima tal-Unjoni.

Artikolu 5 2.
Il-kontribuzzjoni finanzjarja tal-Unjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu għandha titħallas mill-approprjazzjonijiet fil-baġit ġenerali tal-Unjoni allokati lil kull programm rilevanti.
Artikolu 5 3.
Jistgħu jiġu allokati fondi addizzjonali minn kwalunkwe programm tal-Unjoni għajr Orizzont Ewropa, il-Programm Ewropa Diġitali u l-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa, u li jikkumplimentaw il-kontribuzzjonijiet imsemmijin fil-paragrafu 1, l-ewwel subparagrafu, ta’ dan l-Artikolu lill-Impriża Konġunta sabiex jappoġġaw il-pilastri tal-attivitajiet tagħha msemmijin fl-Artikolu 4, ħlief dawk imsemmijin fl-Artikolu 4(1), il-punt (a). Tali fondi addizzjonali ma għandhomx jitqiesu fil-kalkolu tal-kontribuzzjoni finanzjarja massima tal-Unjoni.
Artikolu 5 4.
Il-kontribuzzjonijiet mill-programmi tal-Unjoni li jikkorrispondu għal attivitajiet addizzjonali fdati lill-Impriża Konġunta f’konformità mal-paragrafu 3 ma għandhomx jitqiesu fil-kalkolu tal-kontribuzzjoni finanzjarja massima tal-Unjoni.
Artikolu 5 4a.
Għall-kontribuzzjonijiet allokati lill-Impriża Konġunta f’konformità mal-paragrafi 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu, huwa applikabbli, l-Artikolu 158 tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 3 ) Meta tali kontribuzzjonijiet addizzjonali tal-Unjoni jkunu relatati mal-pilastru msemmi fl-Artikolu 4(1), il-punt (i), wieħed jew aktar mill-membri għajr l-Unjoni għandhom jagħmlu kontribuzzjonijiet addizzjonali proporzjonati għall-ammont tal-kontribuzzjonijiet tal-Unjoni.
Artikolu 5 5.
Jistgħu jiġu allokati fondi addizzjonali tal-Unjoni li jikkumplementaw il-kontribuzzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu lill-Impriża Konġunta minn pajjiżi terzi assoċjati mal-Orizzont Ewropa, mill-Programm Ewropa Diġitali jew mill-Faċilità Nikkollegaw l-Ewropa skont il-ftehimiet ta’ assoċjazzjoni rispettivi tagħhom. Dawk il-fondi addizzjonali tal-Unjoni ma għandhomx jaffettwaw il-kontribuzzjoni tal-Istati Parteċipanti msemmija fl-Artikolu 7(1), sakemm l-Istati Parteċipanti ma jaqblux mod ieħor.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R1173
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.