+Artikolu 12b 9.

Artikolu 12b 9.

Stat Membru jista’ jiddeċiedi li jalloka parti mill-kontribuzzjoni finanzjarja li jirċievi skont ir-Regolament (UE) 2021/241 jew (UE) 2021/1060 jew taħt programm ta’ finanzjament ieħor biex jiffinanzja l-akkwist u l-operat ta’ infrastrutturi tas-servizzi u tad-data ġodda, avvanzati u tal-ogħla livell ta’ żvilupp tekniku tal-IA, tal-HPC jew tal-computing kwantistiku fit-territorju tiegħu. Tali Stat Membru jista’, bi ftehim amministrattiv mal-Impriża Konġunta, jgħaddi tali investimenti permezz tal-Impriża Konġunta, li mbagħad għandha tiġġestixxi u tiżborża dawk il-fondi lill-investiment identifikat f’ismu. Mal-iffirmar ta’ ftehim ta’ kontribuzzjoni u t-trasferiment sħiħ u irrevokabbli tal-allokazzjonijiet magħżula tal-RRF lill-EuroHPC sa mhux aktar tard mill-31 ta’ Awwissu 2026 , l-Istat Membru għandu jitqies li jkun issodisfa l-iskadenza stabbilita fir-Regolament (UE) 2021/241.

Fuq talba mill-Istat Membru kkonċernat, infrastruttura tal-ogħla livell tekniku u avvanzata kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu għandha tingħata s-Siġill EuroHPC għall-IA u l-Infrastruttura tal-Kompjuters mill-Impriża Konġunta, dment li tikseb livell ta’ prestazzjoni li jkun mill-inqas ekwivalenti għal kwalunkwe wieħed mis-supercomputers tal-EuroHPC stabbiliti, inkluż il-fabbriki tal-IA.

L-Impriża Konġunta għandha tiffedera u tikkollega l-infrastrutturi li jkunu ngħataw is-Siġill EuroHPC għall-IA u l-Infrastruttura tal-Kompjuters mal-IA tal-EuroHPC, l-infrastrutturi tal-computing jew kwantistiċi, kif adegwat.

L-Istat Membru jista’ jiddeċiedi li jipprovdi lill-Impriża Konġunta b’ħin ta’ aċċess għall-infrastrutturi ffinanzjati f’konformità ma’ dan il-paragrafu. Tali kontribuzzjonijiet ma għandhomx jitqiesu fil-kalkolu tal-kontribuzzjoni msemmija fl-Artikolu 5(1). Tali ħin ta’ aċċess magħmul disponibbli mill-Istat Membru għandu jiġi ġestit mill-Impriża Konġunta bħala parti mill-ħin ta’ aċċess tal-Unjoni.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R1173
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.