+Artikolu 12b 17.

Artikolu 12b 17.

Il-kontribuzzjonijiet mill-Unjoni u mill-Istati Parteċipanti għandhom ikunu soġġetti għal kundizzjonijiet li jiżguraw il-protezzjoni tal-interessi strateġiċi tal-Unjoni. Il-kundizzjonijiet speċifiċi msemmija f’dan il-paragrafu għandhom jiġu stipulati fi Ftehim ta’ Hosting tal-gigafabbriki tal-IA ddedikat. Il-Ftehim ta’ Hosting tal-gigafabbrika tal-IA għandu jkun irregolat bid-dritt tal-Unjoni, issupplimentat, għal kwalunkwe kwistjoni mhux koperta minn dan ir-Regolament jew minn atti legali oħrajn tal-Unjoni, bid-dritt tal-Istat Membru fejn tkun tinsab l-entità tal-hosting. Il-Ftehim ta’ Hosting tal-gigafabbriki tal-IA għandu:

(a) 

jistabbilixxi fid-dettall l-istruttura tas-sjieda u tal-governanza tal-gigafabbrika tal-IA;

(b) 

jinkludi dispożizzjonijiet li jiżguraw l-iskrutinju u l-kontroll effettivi u proporzjonati tal-gigafabbrika tal-IA mill-Unjoni għas-salvagwardja tal-assi strateġiċi, l-interessi, l-awtonomija jew tas-sigurtà tal-Unjoni;

(c) 

jispeċifika l-kontribuzzjonijiet finanzjarji tal-Unjoni, tal-Istati Parteċipanti u tas-sħab pubbliċi jew privati tal-Konsorzju ta’ gigafabbriki tal-IA, inkluż il-ħin ta’ aċċess garantit għall-gigafabbrika tal-IA msemmi fil-paragrafu 13, kif xieraq, u d-durata tiegħu;

(d) 

jispeċifika, jekk ikun xieraq, kwalunkwe interess ieħor tal-Unjoni li jirriżulta minn kwalunkwe investiment tal-Unjoni regolat bi ftehimiet ta’ investiment speċifiċi bejn il-Konsorzju ta’ gigafabbriki tal-IA u InvestEU;

(e) 

jistabbilixxi l-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà għall-utenti mhux tal-Unjoni tal-gigafabbrika tal-IA, li għandhom jikkonformaw mal-istess kundizzjonijiet bħall-kundizzjonijiet ta’ eliġibbiltà speċifikati fil-paragrafu 3;

(f) 

jistabbilixxi l-kundizzjonijiet dettaljati għall-aċċess għall-utenti tal-Unjoni tal-gigafabbrika tal-IA u l-arranġamenti ta’ rendikont tal-ħinijiet ta’ aċċess għas-servizzi tal-gigafabbrika tal-IA;

(g) 

jistabbilixxi l-kwalità tas-servizz offrut lill-utenti tal-Impriża Konġunta meta joperaw il-gigafabbrika tal-IA, kif deskritt fil-ftehim dwar il-livell ta’ servizz inkluż fil-Ftehim ta’ Hosting tal-gigafabbriki tal-IA;

(h) 

jistabbilixxi l-arranġamenti għall-akkwist, l-operat u l-użu tad-data u tal-infrastruttura tal-computing tal-gigafabbrika tal-IA, inkluż ir-rekwiżiti tal-utenti mis-settur pubbliku, meta jkun xieraq, u meta l-Konsorzju ta’ gigafabbriki tal-IA jinkludi fornitur wieħed jew aktar tal-infrastruttura tat-teknoloġija, jinkludi l-forniment ta’ salvagwardji msaħħin kontra kunflitti ta’ interess li jikkonċernaw lil dawk il-fornituri;

(i) 

jelenka l-kundizzjonijiet għat-trasferiment tas-sjieda msemmija fil-paragrafu 12, meta jkun xieraq;

(j) 

jagħti d-dettalji dwar l-estensjoni tas-sjieda jew tal-ħin ta’ aċċess mixtri, garantit u miftiehem minn qabel u l-kundizzjonijiet tat-tneħħija gradwali għall-gigafabbrika tal-IA, meta xieraq;

(k) 

jelenka l-kundizzjonijiet tar-responsabbiltà għall-operat tal-gigafabbrika tal-IA, meta xieraq;

(l) 

jispeċifika l-obbligu tal-entità tal-hosting tal-gigafabbrika tal-IA li sal-31 ta’ Jannar ta’ kull sena tippreżenta lill-Bord ta’ Tmexxija rapport tal-awditjar u data dwar l-użu tal-ħin ta’ aċċess fis-sena kontabilistika preċedenti;

(m) 

ikun fih klawżola ta’ arbitraġġ, skont it-tifsira tal-Artikolu 272 TFUE, li tagħti ġuriżdizzjoni fuq kull materja koperta mill-Ftehim ta’ Hosting lill-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 20.01.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32021R1173
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.