+Artikolu 3 Stabbilimenti deżinjati u rappreżentanti legali
---+Artikolu 3 1
---+Artikolu 3 2
---+Artikolu 3 3
---+Artikolu 3 4
---+Artikolu 3 5
---+Artikolu 3 6

Artikolu 3 Stabbilimenti deżinjati u rappreżentanti legali

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni
Artikolu 3 1

1.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta' servizzi li joffru servizzi fl-Unjoni jiddeżinjaw jew jaħtru tal-anqas destinatarju wieħed biex jirċievi d-deċiżjonijiet u l-ordnijiet li jaqgħu fil-kamp ta' applikazzjoni stabbilit fl-Artikolu 1(2) ("deċiżjonijiet u ordnijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni stabbilit fl-Artikolu 1(2)"), kif ukoll jikkonforma magħhom u jinfurzahom, maħruġa mill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri għall-fini ta' ġbir ta' evidenza fi proċedimenti kriminali, kif ġej:

(a)

għall-fornituri ta' servizzi li jkunu stabbiliti fl-Unjoni b'personalità ġuridika, l-Istati Membri fejn ikunu stabbiliti l-fornituri ta' servizzi għandhom jiżguraw li tali fornituri ta' servizzi jiddeżinjaw l-istabbiliment deżinjat jew l-istabbilimenti deżinjati responsabbli għall-attivitajiet deskritti fil-parti introduttorja ta' dan il-paragrafu;

(b)

għall-fornituri ta' servizzi li ma jkunux stabbiliti fl-Unjoni, b'personalità ġuridika, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali fornituri ta' servizzi li joffru servizzi fit-territorju tagħhom jaħtru r-rappreżentant legali jew ir-rappreżentanti legali responsabbli għall-attivitajiet deskritti fil-parti introduttorja ta' dan il-paragrafu fl-Istati Membri li jipparteċipaw fl-istrumenti msemmijin fl-Artikolu 1(2);

(c)

għall-fornituri ta' servizzi li jkunu stabbiliti fi Stati Membri li ma jipparteċipawx fl-istrumenti msemmijin fl-Artikolu 1(2), l-Istati Membri għandhom jiżguraw li tali fornituri ta' servizzi li joffru servizzi fit-territorju tagħhom jaħtru r-rappreżentant legali jew ir-rappreżentanti legali responsabbli għall-attivitajiet deskritti fil-parti introduttorja ta' dan il-paragrafu fl-Istati Membri li jipparteċipaw f'tali strumenti.

Artikolu 3 2

2.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-destinatarji msemmijin fil-paragrafu 1:

(a)

jkunu stabbiliti jew jirrisjedu fi Stat Membru fejn il-fornituri ta' servizzi joffru s-servizzi tagħhom; u

(b)

jistgħu jkunu soġġetti għal proċeduri ta' infurzar.

Artikolu 3 3

3.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li d-deċiżjonijiet u l-ordnijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni stabbilit fl-Artikolu 1(2) ikunu indirizzati lill-istabbiliment deżinjat jew lir-rappreżentant legali deżinjat jew maħtur għal dak l-għan f'konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.

Artikolu 3 4

4.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta' servizzi li jkunu stabbiliti jew li joffru servizzi fit-territorju tagħhom jipprovdu lill-istabbilimenti deżinjati jew lir-rappreżentanti legali tagħhom bis-setgħat u r-riżorsi neċessarji biex jikkonformaw mad-deċiżjonijiet u mal-ordnijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni stabbilit fl-Artikolu 1(2) li jirċievu mingħand Stat Membru. L-Istati Membri għandhom jivverifikaw ukoll li l-istabbilimenti deżinjati li jkunu stabbiliti jew ir-rappreżentanti legali li jirrisjedu fit-territorju tagħhom ikunu rċevew mill-fornituri ta' servizzi s-setgħat u r-riżorsi neċessarji biex jikkonformaw ma’ dawk id-deċiżjonijiet u l-ordnijiet li jirċievu mingħand Stat Membru u li jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti meta jirċievu dawk id-deċiżjonijiet u l-ordnijiet, f'konformità mal-qafas legali applikabbli.

Artikolu 3 5

5.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kemm l-istabbiliment deżinjat jew ir-rappreżentant legali kif ukoll il-fornitur tas-servizzi jkunu jistgħu jinżammu responsabbli in solidum għal nuqqas ta' konformità mal-obbligi li jirriżultaw mill-qafas legali applikabbli mal-wasla ta’ deċiżjonijiet u ordnijiet li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni stabbilit fl-Artikolu 1(2), sabiex kull wieħed minnhom jista' jkun soġġett għal penali għal nuqqas ta' konformità minn kwalunkwe wieħed minnhom. B'mod partikolari, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li ma jkunx possibbli għall-fornitur ta' servizzi jew għall-istabbiliment deżinjat, jew għar-rappreżentant legali meta applikabbli, li juża n-nuqqas ta' proċeduri interni xierqa bejn il-fornitur ta' servizzi u l-istabbiliment deżinjat jew ir-rappreżentant legali bħala ġustifikazzjoni għan-nuqqas ta' konformità ma' dawk l-obbligi. Ir-responsabbiltà in solidum ma għandhiex tapplika għall-azzjonijiet jew għall-ommissjonijiet li jikkostitwixxu reat kriminali fl-Istat Membru li japplika l-penali, la tal-fornitur ta' servizzi u lanqas tal-istabbiliment deżinjat, jew tar-rappreżentant legali meta applikabbli.

Artikolu 3 6

6.   L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-fornituri ta' servizzi li joffru servizzi fl-Unjoni fit-18 ta’ Frar 2026 ikollhom l-obbligu li jiddeżinjaw stabbilimenti deżinjati jew jaħtru rappreżentanti legali sat-18 ta’ Awwissu 2026 u li l-fornituri ta' servizzi li jibdew joffru servizzi fl-Unjoni wara t-18 ta’ Frar 2026 ikollhom l-obbligu li jiddeżinjaw stabbilimenti deżinjati jew jaħtru rappreżentanti legali fi żmien sitt xhur mid-data meta jibdew joffru s-servizzi fl-Unjoni.

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 28.07.2023 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023L1544
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.