|
+Artikolu 4 3. |
Artikolu 4 3.Meta jistabbilixxu l-kontributi nazzjonali indikattivi tagħhom tal-effiċjenza enerġetika msemmija fil-paragrafu 2, l-Istati Membri għandhom iqisu:
(a)
il-il-mira takonsum finali tal-enerġija tal-Unjoni fl-2030 ta’ mhux aktar minn 763 Mtoe u l-mira tal-konsum tal-enerġija primarja ta’ mhux aktar minn 992,5 Mtoe, kif provdut fil-paragrafu 1;
(b)
il-miżuri previsti f’din id-Direttiva;
(c)
miżuri oħra li jippromwovu l-effiċjenza enerġetika fl-Istati Membri u fil-livell tal-Unjoni;
(d)
kwalunkwe fattur rilevanti li jaffettwa l-isforzi tal-effiċjenza:
(i)
sforzi u azzjonijiet bikrija fl-effiċjenza enerġetika;
(ii)
id-distribuzzjoni ekwa tal-isforzi madwar l-Unjoni;
(iii)
l-intensità tal-enerġija tal-ekonomija;
(iv)
il-potenzjal pendenti tal-iffrankar tal-enerġija kosteffettiv;
(e)
ċirkostanzi nazzjonali oħra li jaffettwaw il-konsum tal-enerġija, b’mod partikolari:
(i)
il-PDG u l-evoluzzjoni u l-previżjoni demografika;
(ii)
bidliet fl-importazzjonijiet u fl-esportazzjonijiet tal-enerġija, żviluppi fit-taħlita tal-enerġija u l-użu ta’ fjuwils sostenibbli ġodda;
(iii)
l-iżvilupp tas-sorsi kollha tal-enerġiji rinnovabbli, l-enerġija nukleari, il-ġbir u l-ħżin tad-diossidu tal-karbonju;
(iv)
id-dekarbonizzazzjoni tal-industriji intensivi fl-enerġija;
(v)
il-livell ta’ ambizzjoni fil-pjanijiet nazzjonali ta’ dekarbonizzazzjoni jew tan-newtralità klimatika;
(vi)
potenzjal ekonomiku ta’ ffrankar tal-enerġija;
(vii)
il-kundizzjonijiet klimatiċi attwali u t-tbassir tat-tibdil fil-klima. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|