|
+Artikolu 4 6. |
Artikolu 4 6.Meta l-Kummissjoni tikkonkludi, abbażi tal-valutazzjoni tagħha skont l-Artikolu 29(1) u (3) tar-Regolament (UE) 2018/1999, li ma sarx biżżejjed progress biex jintlaħqu l-kontributi tal-effiċjenza enerġetika, l-Istati Membri li jaqbżu t-trajettorji indikattivi tagħhom għall-konsum finali tal-enerġija msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandhom jiżguraw li jiġu implimentati miżuri addizzjonali fi żmien sena mid-data tal-irċevuta tal-valutazzjoni tal-Kummissjoni biex ikun żgurat li jissokta l-perkors it-tajjeb biex jiksbu l-kontributi tagħhom tal-effiċjenza enerġetika. Għalkemm ma għandhomx ikunu limitati għalihom, dawk il-miżuri addizzjonali għandhom jinkludu tal-anqas waħda mill-miżuri li ġejjin:
(a)
il-miżuri nazzjonali li jipprovdu ffrankar tal-enerġija addizzjonali, inkluż b’assistenza aktar b’saħħitha għall-iżvilupp tal-proġetti li jimplimentaw miżuri ta’ investiment fl-effiċjenza enerġetika;
(b)
iż-żieda tal-obbligu tal-iffrankar tal-enerġija stabbilit fl-Artikolu 8 ta’ din id-Direttiva;
(c)
l-aġġustament tal-obbligu għas-settur pubbliku;
(d)
l-għoti ta’ kontribuzzjoni finanzjarja volontarja lill-fond nazzjonali għall-effiċjenza enerġetika msemmi fl-Artikolu 30 ta’ din id-Direttiva jew strument ta’ finanzjament ieħor maħsub għall-effiċjenza enerġetika, meta l-kontribuzzjonijiet finanzjarji annwali għandhom ikunu daqs l-investimenti meħtieġa biex tintlaħaq it-trajettorja indikattiva. Meta l-konsum finali tal-enerġija ta’ Stat Membru jkun ‘il fuq mit-trajettorja indikattiva tiegħu għall-konsum finali tal-enerġija msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, dan għandu jinkludi fir-rapport ta’ progress nazzjonali integrat tiegħu għall-enerġija u l-klima ippreżentat skont l-Artikolu 17 tar-Regolament (UE) 2018/1999 spjegazzjoni dwar il-miżuri li ser jieħu biex ikopri d-diskrepanza sabiex jiżgura li jilħaq il-kontributi nazzjonali tiegħu tal-effiċjenza enerġetika u l-ammont ta’ ffrankar tal-enerġija li mistenni jinkiseb. Il-Kummissjoni għandha tivvaluta jekk il-miżuri nazzjonali msemmija f’dan il-paragrafu humiex biżżejjed biex jintlaħqu l-miri tal-effiċjenza enerġetika tal-Unjoni. Jekk il-miżuri nazzjonali jitqiesu insuffiċjenti, il-Kummissjoni għandha, skont kif ikun xieraq, tipproponi miżuri u teżerċita s-setgħat tagħha fil-livell tal-Unjoni biex tiżgura, b’mod partikolari, li jintlaħqu l-miri tal-effiċjenza enerġetika tal-Unjoni għall-2030. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|