+Artikolu 9 Prezz tal-karbonju mħallas f’pajjiż terz
---+Artikolu 9 1.
---+Artikolu 9 2.
---+Artikolu 9 3.
---+Artikolu 9 4.
---+Artikolu 9 5.
|
Artikolu 9 Prezz tal-karbonju mħallas f’pajjiż terz
1. Ħarsa ġenerali
| Titlu |
Regolamentazzjoni |
|
Artikolu 9 1.
|
Meta l-emissjonijiet integrati jiġu determinati abbażi ta’ emissjonijiet reali, dikjarant awtorizzat CBAM jista’, fid-dikjarazzjoni CBAM, jitlob tnaqqis fl-għadd ta’ ċertifikati CBAM li jridu jiġu ċeduti sabiex jitqies il-prezz tal-karbonju mħallas f’pajjiż terz għall-emissjonijiet integrati ddikjarati. It-tnaqqis jista’ jintalab biss jekk il-prezz tal-karbonju jkun effettivament tħallas f’pajjiż terz. F’tali każ, għandhom jitqiesu kull ribass jew forma oħra ta’ kumpens disponibbli f’dak il-pajjiż li jkunu rriżultaw fi tnaqqis ta’ dak il-prezz tal-karbonju.
|
|
Artikolu 9 2.
|
Id-dikjarant awtorizzat CBAM għandu jżomm rekords tad-dokumentazzjoni meħtieġa biex juri li l-emissjonijiet integrati ddikjarati kienu soġġetti għal prezz tal-karbonju f’pajjiż terz li jkun effettivament tħallas kif imsemmi fil-paragrafu 1. Id-dikjarant awtorizzat CBAM, b’mod partikolari, għandu jżomm l-evidenza relatata mar-ribassi disponibbli jew ma’ kwalunkwe forma oħra ta’ kumpens, b’mod partikolari r-referenzi għal-leġiżlazzjoni rilevanti ta’ dak il-pajjiż. L-informazzjoni li tinsab f’dik id-dokumentazzjoni għandha tiġi ċċertifikata minn persuna li tkun indipendenti mid-dikjarant awtorizzat CBAM u mill-awtoritajiet tal-pajjiż terz. L-isem u l-informazzjoni ta’ kuntatt ta’ dik il-persuna indipendenti għandhom jidhru fuq id-dokumentazzjoni. Id-dikjarant awtorizzat CBAM għandu jżomm ukoll evidenza tal-pagament reali tal-prezz tal-karbonju.
|
|
Artikolu 9 3.
|
Id-dikjarant awtorizzat CBAM għandu jżomm ir-rekords imsemmija fil-paragrafu 2 sa tmiem ir-raba’ sena wara s-sena li matulha d-dikjarazzjoni CBAM tkun ġiet ippreżentata jew kellha tiġi ppreżentata.
|
|
Artikolu 9 4.
|
B’deroga mill-paragrafi 1, 2 u 3, dikjarant awtorizzat CBAM jista’ jitlob fid-dikjarazzjoni CBAM, tnaqqis fl-għadd ta’ ċertifikati CBAM li jridu jiġu ċeduti sabiex jitqies il-prezz tal-karbonju mħallas għall-emissjonijiet integrati ddikjarati, b’referenza għall-prezzijiet prestabbiliti annwali tal-karbonju. F’tali każ, għandu jitqies kwalunkwe ribass jew forma oħra ta’ kumpens disponibbli f’dak il-pajjiż li kien jirriżulta fi tnaqqis ta’ dak il-prezz tal-karbonju prestabbilit. It-tnaqqis jista’ jintalab biss meta prezz tal-karbonju jkun ġie stabbilit mir-regoli applikabbli fil-pajjiż terz u jkun jista’ jiġi ddeterminat prezz tal-karbonju prestabbilit annwali, inkluż fuq bażi konservattiva, għal dak il-pajjiż terz. Meta l-emissjonijiet integrati jiġu ddeterminati abbażi ta’ valuri prestabbiliti, jista’ jintalab tnaqqis biss b’referenza għall-prezzijiet prestabbiliti annwali tal-karbonju. Mill-2027, il-Kummissjoni tista’, għall-pajjiżi terzi fejn ikunu fis-seħħ regoli tal-ipprezzar tal-karbonju, tiddetermina u tagħmel disponibbli, fir-reġistru CBAM imsemmi fl-Artikolu 14, il-prezzijiet prestabbiliti tal-karbonju għal dawk il-pajjiżi terzi u tippubblika l-metodoloġija għall-kalkolu tagħhom. Il-Kummissjoni għandha tagħmel hekk abbażi tal-aħjar data disponibbli minn informazzjoni affidabbli u disponibbli għall-pubbliku u minn informazzjoni pprovduta minn dawk il-pajjiżi terzi. Il-Kummissjoni għandha tqis kwalunkwe ribass jew forma oħra ta’ kumpens disponibbli fil-pajjiż terz rilevanti li kien jirriżulta fi tnaqqis tal-prezz prestabbilit tal-karbonju.
|
|
Artikolu 9 5.
|
Il-Kummissjoni għandha s-setgħa li tadotta atti ta’ implimentazzjoni dwar il-konverżjoni tal-prezz annwali medju tal-karbonju effettivament imħallas f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u tal-prezzijiet prestabbiliti annwali tal-karbonju ddeterminati, f’konformità mal-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu fi tnaqqis korrispondenti tal-għadd ta’ ċertifikati CBAM li jridu jiġu ċeduti. Dawk l-atti għandhom jirregolaw ukoll il-konverżjoni tal-prezz tal-karbonju espress f’munita barranija f’euro bir-rata tal-kambju medja annwali, l-evidenza meħtieġa tal-pagament reali tal-prezz tal-karbonju, eżempji ta’ kwalunkwe ribass rilevanti jew forma oħra ta’ kumpens imsemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-kwalifiki tal-persuna indipendenti msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu u l-kundizzjonijiet biex tiġi aċċertata l-indipendenza ta’ dik il-persuna. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 29(2).
|
,
1.1 Referenzi
1.2 Rekwiżiti identifikati
1.3 Standards relatati
2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
- Builddate: 20.10.2025 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R0956
- EULAW -
EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.
DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.
|