|
+Artikolu 17 8. |
Artikolu 17 8.L-awtorità kompetenti għandha tirrevoka l-istatus ta’ dikjarant awtorizzat CBAM meta:
(a)
id-dikjarant awtorizzat CBAM jitlob revoka; jew
(b)
id-dikjarant awtorizzat CBAM ma jkunx għadu jissodisfa l-kriterji stabbiliti fil-paragrafi 2 jew 6 ta’ dan l-Artikolu, jew kien involut fi ksur serju jew ripetut tal-obbligu li jċedi ċ-ċertifikati CBAM skont l-Artikolu 22(1) jew tal-obbligu li jiżgura għadd suffiċjenti ta’ ċertifikati CBAM fil-kont tiegħu fir-reġistru CBAM fi tmiem kull trimestru, kif imsemmi fl-Artikolu 22(2). Qabel ma tirrevoka l-istatus ta’ dikjarant awtorizzat CBAM, l-awtorità kompetenti għandha tagħti lid-dikjarant awtorizzat CBAM il-possibbiltà li jinstema’. L-awtorità kompetenti tista’ tikkonsulta lill-awtoritajiet kompetenti rilevanti jew lill-Kummissjoni permezz tar-reġistru CBAM dwar il-kundizzjonijiet u l-kriterji għar-revoka. Il-konsultazzjoni ma għandhiex taqbeż il-15-il jum kalendarju. Kwalunkwe deċiżjoni ta’ revoka għandu jkun fiha r-raġunijiet għad-deċiżjoni kif ukoll informazzjoni dwar id-dritt ta’ appell. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|