|
+Artikolu 30 6. |
Artikolu 30 6.Il-Kummissjoni għandha timmonitorja l-funzjonament tas-CBAM bil-ħsieb li tevalwa l-impatti u l-aġġustamenti possibbli fl-applikazzjoni tiegħu. Qabel l-1 ta’ Jannar 2028, kif ukoll kull sentejn wara dan, il-Kummissjoni għandha tippreżenta rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar l-applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament u l-funzjonament tas-CBAM. Ir-rapport għandu jinkludi mill-inqas dan li ġej:
(a)
valutazzjoni tal-impatt tas-CBAM fuq:
(i)
ir-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, inkluż fir-rigward tal-esportazzjonijiet;
(ii)
is-setturi koperti;
(iii)
is-suq intern, u l-impatt ekonomiku u territorjali fl-Unjoni kollha;
(iv)
l-inflazzjoni u l-prezzijiet tal-prodotti bażiċi;
(v)
l-effett fuq l-industriji li jużaw oġġetti elenkati fl-Anness I;
(vi)
il-kummerċ internazzjonali, inkluża r-riorganizzazzjoni tar-riżorsi; u
(vii)
il-pajjiżi l-anqas żviluppati;
(b)
valutazzjoni:
(i)
tas-sistema ta’ governanza, inkluża valutazzjoni tal-implimentazzjoni u tal-amministrazzjoni tal-garanziji u tal-awtorizzazzjoni tad-dikjaranti CBAM mill-Istati Membri;
(ii)
tal-kamp ta’ applikazzjoni ta’ dan ir-Regolament;
(iii)
tal-prattiki ta’ ċirkomvenzjoni;
(iv)
tal-applikazzjoni tal-penali fl-Istati Membri;
(v)
tal-applikazzjoni tas-soll uniku bbażat fuq il-massa, inkluża l-possibbiltà li dak is-soll jogħla u li jiġi introdott soll supplimentari bbażat fuq il-kunsinna;
(c)
ir-riżultati tal-investigazzjonijiet u l-penali imposti;
(d)
l-informazzjoni aggregata dwar l-intensità tal-emissjonijiet għal kull pajjiż tal-oriġini għall-oġġetti differenti elenkati fl-Anness I. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|