|
+ANNESS IV Metodi għall-kalkolu tal-emissjonijiet integrati għall-fini tal-Artikolu 7 |
ANNESS IV Metodi għall-kalkolu tal-emissjonijiet integrati għall-fini tal-Artikolu 7
ANNESS IV Metodi għall-kalkolu tal-emissjonijiet integrati għall-fini tal-Artikolu 7 1. DEFINIZZJONIJIET Għall-finijiet ta’ dan l-Anness u tal-Annessi V u VI, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
(a)
“oġġetti sempliċi” tfisser oġġetti li jkunu saru fi proċess ta’ produzzjoni li jeħtieġu esklussivament materjali ta’ input (prekursuri) u karburanti b’emissjonijiet integrati żero;
(b)
“oġġetti kumplessi” tfisser oġġetti għajr oġġetti sempliċi;
(c)
“emissjonijiet integrati speċifiċi” tfisser l-emissjonijiet integrati ta’ tunnellata ta’ oġġetti, espressi f’tunnellati ta’ emissjonijiet ta’ CO2e għal kull tunnellata ta’ oġġetti;
(d)
“Fattur ta’ emissjoni tas-CO2”, tfisser il-medja ponderata tal-intensità ta’ CO2 tal-elettriku prodott mill-karburanti fossili fi ħdan żona ġeografika. il-fattur ta’ emissjoni tas-CO2 huwa r-riżultat tad-diviżjoni tad-data dwar l-emissjonijiet tas-CO2 tas-settur tal-elettriku bil-ġenerazzjoni grossa tal-elettriku bbażata fuq il-karburanti fossili fiż-żona ġeografika rilevanti; huwa espress f’tunnellati ta’ CO2 għal kull megawatt-siegħa;
(e)
“fattur ta’ emissjoni għall-elettriku” tfisser il-valur prestabbilit, espress f’CO2e, li jirrappreżenta l-intensità tal-emissjonijiet tal-elettriku kkunsmat fil-produzzjoni tal-oġġetti;
(f)
“ftehim dwar ix-xiri tal-enerġija” tfisser kuntratt li bih persuna taqbel li tixtri l-elettriku direttament mingħand produttur tal-elettriku;
(g)
“operatur ta’ sistema ta’ trażmissjoni” tfisser operatur kif definit fl-Artikolu 2, il-punt (35), tad-Direttiva (UE) 2019/944 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill ( 7 ). 2. IL-KALKOLU TAL-EMISSJONIJIET INTEGRATI SPEĊIFIĊI REALI GĦAL OĠĠETTI SEMPLIĊI L-emissjonijiet integrati reali speċifiċi tal-oġġetti sempliċi li jkunu saru f’installazzjoni partikolari għandhom jiġu kkalkolati permezz tal-emissjonijiet diretti kif ukoll indiretti u, meta applikabbli, indiretti. Għal dak il-fini, għandha tiġi applikata l-ekwazzjoni li ġejja:
Fejn:
“Emissjonijiet attribwiti” tfisser il-parti tal-emissjonijiet tal-installazzjoni matul il-perjodu ta’ rapportar li jiġu kkawżati mill-proċess ta’ produzzjoni li jirriżulta f’oġġetti g meta jiġu applikati l-konfini tas-sistema tal-proċess tal-produzzjoni definit mill-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 7(7). L-emissjonijiet attribwiti għandhom jiġu kkalkolati bl-użu tal-ekwazzjoni li ġejja:
Fejn:
3. IL-KALKOLU TAL-EMISSJONIJIET INTEGRATI REALI GĦALL-OĠĠETTI KUMPLESSI L-emissjonijiet integrati reali speċifiċi ta’ oġġetti kumplessi li jkunu saru f’installazzjoni partikolari għandhom jiġu kkalkolati permezz tal-ekwazzjoni li ġejja:
Fejn:
Fejn:
4. DETERMINAZZJONI TAL-VALURI PRESTABBILITI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 7(2) U (3) Għall-fini tad-determinazzjoni tal-valuri prestabbiliti, għandhom jintużaw biss il-valuri reali għad-determinazzjoni tal-emissjonijiet integrati. Fin-nuqqas ta’ data reali, jistgħu jintużaw valuri indikati fil-letteratura. Il-valuri prestabbiliti għandhom jiġu ddeterminati fuq il-bażi tal-aħjar data disponibbli. L-aħjar data disponibbli għandha tkun ibbażata fuq informazzjoni affidabbli u disponibbli għall-pubbliku. Il-valuri prestabbiliti għandhom jiġu riveduti perjodikament permezz tal-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 7(7), abbażi tal-aktar informazzjoni aġġornata u affidabbli, inkluż abbażi tal-informazzjoni pprovduta minn pajjiż terz jew minn grupp ta’ pajjiżi terzi. 4.1. Il-valuri prestabbiliti msemmija fl-Artikolu 7(2) Il-valuri prestabbiliti għandhom jiġu stabbiliti skont l-intensità medja tal-emissjonijiet ta’ kull pajjiż esportatur u għal kull wieħed mill-oġġetti elenkati fl-Anness I għajr l-elettriku, miżjuda b’marġni kummerċjali mfassal b’mod proporzjonali. Dan il-marġni kummerċjali għandu jiġi determinat fl-atti ta’ implimentazzjoni adottati skont l-Artikolu 7(7) u għandu jiġi stabbilit f’livell xieraq biex tiġi żgurata l-integrità ambjentali tas-CBAM, abbażi tal-aktar informazzjoni aġġornata u affidabbli, inkluż abbażi tal-informazzjoni miġbura matul il-perjodu ta’ tranżizzjoni. Meta ma tkunx tista’ tiġi applikata data affidabbli għall-pajjiż esportatur għal tip ta’ oġġetti, il-valuri prestabbiliti għandhom ikunu bbażati fuq l-intensità medja tal-emissjonijiet tal-10 pajjiżi esportaturi bl-ogħla intensitajiet tal-emissjonijiet li għalihom tkun tista’ tiġi applikata data affidabbli għal dak it-tip ta’ oġġetti. 4.2. Il-valuri prestabbiliti tal-elettriku importat imsemmija fl-Artikolu 7(3) Il-valuri prestabbiliti għall-elettriku importat għandhom jiġu determinati għal pajjiż terz, grupp ta’ pajjiżi terzi jew reġjun f’pajjiż terz abbażi jew ta’ valuri prestabbiliti speċifiċi, f’konformità mal-punt 4.2.1, jew, jekk dawk il-valuri ma jkunux disponibbli, fuq valuri prestabbiliti alternattivi, f’konformità mal-punt 4.2.2. Meta l-elettriku jiġi prodott f’pajjiż terz, fi grupp ta’ pajjiżi terzi jew f’reġjun f’pajjiż terz, u jgħaddi minn pajjiżi terzi, gruppi ta’ pajjiżi terzi, reġjuni f’pajjiż terz, jew Stati Membri bil-għan li jiġi importat fl-Unjoni, il-valuri prestabbiliti li għandhom jintużaw huma dawk mill-pajjiż terz, mill-grupp ta’ pajjiżi terzi jew mir-reġjun f’pajjiż terz fejn l-elettriku kien prodott. 4.2.1. Valuri prestabbiliti speċifiċi għal pajjiż terz, grupp ta’ pajjiżi terzi jew reġjun f’pajjiż terz Il-valuri prestabbiliti speċifiċi għandhom jiġu stabbiliti għall-fattur ta’ emissjoni tas-CO2 fil-pajjiż terz, fil-grupp ta’ pajjiżi terzi jew fir-reġjun f’pajjiż terz, abbażi tal-aħjar data disponibbli għall-Kummissjoni. 4.2.2. Valuri prestabbiliti alternattivi Meta valur prestabbilit speċifiku ma jkunx disponibbli għal pajjiż terz, grupp ta’ pajjiżi terzi, jew reġjun f’pajjiż terz, il-valur prestabbilit alternattiv għall-elettriku għandu jiġi stabbilit għall-fattur ta’ emissjoni tas-CO2 fl-Unjoni. Meta jista’ jintwera, fuq il-bażi ta’ data affidabbli, li l-fattur ta’ emissjoni ta’ CO2 f’pajjiż terz, fi grupp ta’ pajjiżi terzi, jew reġjun f’pajjiż terz, ikun anqas mill-valur prestabbilit speċifiku determinat mill-Kummissjoni jew inqas mill-fattur ta’ emissjoni ta’ CO2 fl-Unjoni, jista’ jintuża valur prestabbilit alternattiv ibbażat fuq dak il-fattur ta’ emissjoni tas-CO2 għal dak il-pajjiż terz, grupp ta’ pajjiżi terzi jew reġjun f’pajjiż terz. 4.3 Valuri prestabbiliti għall-emissjonijiet indiretti integrati Il-valuri prestabbiliti għall-emissjonijiet indiretti integrati f’oġġett prodott f’pajjiż terz għandhom jiġu ddeterminati fuq valur prestabbilit ikkalkulat fuq il-medja, jew tal-fattur ta’ emissjoni tal-grilja tal-elettriku tal-Unjoni, tal-fattur ta’ emissjoni tal-grilja tal-elettriku tal-pajjiż tal-oriġini jew tal-fattur ta’ emissjoni tas-CO2 tas-sorsi li jiffissaw il-prezzijiet fil-pajjiż tal-oriġini, tal-elettriku użat għall-produzzjoni ta’ dak l-oġġett. Meta pajjiż terz, jew grupp ta’ pajjiżi terzi, juru lill-Kummissjoni, fuq il-bażi ta’ data affidabbli, li l-fattur medju ta’ emissjoni tat-taħlita tal-enerġija elettrika jew il-fattur ta’ emissjoni ta’ CO2 ta’ sorsi li jiffissaw il-prezzijiet fil-pajjiż terz jew fil-grupp ta’ pajjiżi terzi jkun anqas mill-valur prestabbilit għall-emissjonijiet indiretti, għandu jiġi stabbilit valur prestabbilit alternattiv ibbażat fuq dak il-fattur medju ta’ emissjonijiet ta’ CO2 għal dan il-pajjiż jew grupp ta’ pajjiżi. Il-Kummissjoni għandha tadotta, mhux aktar tard mit-30 ta’ Ġunju 2025, att ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 7(7) biex tispeċifika aktar liema mill-metodi ta’ kalkolu determinati f’konformità mal-ewwel subparagrafu għandhom japplikaw għall-kalkolu tal-valuri prestabbiliti. Għal dak il-fini, il-Kummissjoni għandha tibbaża ruħha fuq l-aktar data aġġornata u affidabbli, inkluż fuq data miġbura waqt il-perjodu ta’ tranżizzjoni, fir-rigward tal-kwantità ta’ elettriku użat għall-produzzjoni tal-oġġetti elenkati fl-Anness I, kif ukoll il-pajjiż tal-oriġini, is-sors tal-ġenerazzjoni u l-fatturi ta’ emissjoni relatati ma’ dak l-elettriku. Il-metodu ta’ kalkolu speċifiku għandu jiġi ddeterminat fuq il-bażi tal-aktar mod xieraq biex jintlaħqu ż-żewġ kriterji li ġejjin:
—
il-prevenzjoni tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju;
—
l-iżgurar tal-integrità ambjentali tas-CBAM.
5. IL-KUNDIZZJONIJIET GĦALL-APPLIKAZZJONI TAL-EMISSJONIJIET INTEGRATI REALI FL-ELETTRIKU IMPORTAT Dikjarant awtorizzat CBAM jista’ japplika emissjonijiet integrati reali minflok valuri prestabbiliti għall-kalkolu msemmi fl-Artikolu 7(3) jekk jiġu ssodisfati l-kriterji kumulattivi li ġejjin:
(a)
il-kwantità ta’ elettriku li għaliha jintalab l-użu ta’ emissjonijiet integrati reali tkun koperta minn ftehim dwar ix-xiri tal-enerġija bejn id-dikjarant awtorizzat CBAM u produttur tal-elettriku li jinsab f’pajjiż terz;
(b)
l-installazzjoni li tipproduċi l-elettriku tkun jew direttament konnessa mas-sistema ta’ trażmissjoni tal-Unjoni jew jista’ jintwera li fil-ħin tal-esportazzjoni, ma kien hemm l-ebda konġestjoni fiżika tan-network fi kwalunkwe punt fin-network bejn l-installazzjoni u s-sistema ta’ trażmissjoni tal-Unjoni;
(c)
l-installazzjoni li tipproduċi l-elettriku ma tirrilaxxax aktar minn 550 gramma ta’ CO2 ta’ oriġini fossili għal kull kilowatt-siegħa ta’ elettriku;
(d)
il-kwantità ta’ elettriku li għaliha jintalab l-użu tal-emissjonijiet integrati reali jkun ġie nnominat b’mod deċiż għall-kapaċità ta’ interkonnessjoni allokata mill-operaturi tas-sistemi ta’ trażmissjoni responsabbli kollha fil-pajjiż tal-oriġini, il-pajjiż tad-destinazzjoni u, jekk rilevanti, kull pajjiż ta’ tranżitu, u l-kapaċità nominata u l-produzzjoni tal-elettriku mill-installazzjoni jirreferu għall-istess perjodu ta’ żmien li ma għandux ikun itwal minn siegħa;
(e)
l-issodisfar tal-kriterji ta’ hawn fuq jiġi ċċertifikat minn verifikatur akkreditat, li għandu jirċievi mill-inqas rapporti interim ta’ kull xahar li juru kif dawk il-kriterji huma ssodisfati. Il-kwantità akkumulata ta’ elettriku skont il-ftehim dwar ix-xiri tal-enerġija u l-emissjonijiet integrati reali korrispondenti tagħha għandhom jiġu esklużi mill-kalkolu tal-fattur ta’ emissjoni tal-pajjiż jew tal-fattur ta’ emissjoni ta’ CO2 użat għall-fini tal-kalkolu tal-emissjonijiet indiretti integrati tal-enerġija elettrika fl-oġġetti f’konformità mal-punt 4.3, rispettivament. 6. IL-KUNDIZZJONIJIET GĦALL-APPLIKAZZJONI TAL-EMISSJONIJIET INTEGRATI REALI GĦALL-EMISSJONIJIET INDIRETTI Dikjarant awtorizzat CBAM jista’ japplika emissjonijiet integrati reali minflok valuri prestabbiliti għall-kalkolu msemmi fl-Artikolu 7(4) jekk ikun jista’ juri rabta teknika diretta bejn l-installazzjoni li fiha jiġi prodott l-oġġett importat u s-sors tal-ġenerazzjoni tal-elettriku jew jekk l-operatur ta’ dik l-installazzjoni jkun ikkonkluda ftehim dwar ix-xiri tal-enerġija ma’ produttur tal-elettriku li jinsab f’pajjiż terz għal kwantità ta’ elettriku li tkun ekwivalenti għall-kwantità li għaliha jintalab l-użu ta’ valur speċifiku. 7. L-ADATTAMENT TAL-VALURI PRESTABBILITI MSEMMIJA FL-ARTIKOLU 7(2) IBBAŻATI FUQ KARATTERISTIĊI SPEĊIFIĊI GĦAR-REĠJUN Il-valuri prestabbiliti jistgħu jiġu adattati għal żoni u reġjuni partikolari f’pajjiżi terzi fejn jipprevalu karatteristiċi speċifiċi f’termini ta’ fatturi oġġettivi ta’ emissjoni. Meta data adattata għal dawk il-karatteristiċi lokali speċifiċi tkun disponibbli u jkunu jistgħu jiġu determinati valuri prestabbiliti aktar immirati, jistgħu jintużaw dawn tal-aħħar. Meta d-dikjaranti ta’ oġġetti prodotti f’pajjiż terz, fi grupp ta’ pajjiżi terzi, jew f’reġjun f’pajjiż terz jistgħu juru, abbażi ta’ data affidabbli, li adattamenti alternattivi speċifiċi għar-reġjun tal-valuri prestabbiliti huma anqas mill-valuri prestabbiliti ddeterminati mill-Kummissjoni, jistgħu jintużaw tali adattamenti speċifiċi għar-reġjun. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|