|
+Artikolu 7 1. |
Artikolu 7 1.Għall-batteriji tal-vetturi elettriċi, il-batteriji industrijali rikarikabbli b’kapaċità ta’ aktar minn 2 kWh u l-batteriji LMT, għandha titfassal dikjarazzjoni tal-impronta tal-karbonju, għal kull mudell ta’ batterija għal kull impjant tal-manifattura, f’konformità mal-att ta’ implimentazzjoni msemmi fir-raba’ subparagrafu u li jkun fiha, mill-inqas, l-informazzjoni li ġejja:
(a)
informazzjoni amministrattiva dwar il-manifattur;
(b)
informazzjoni dwar il-mudell tal-batterija;
(c)
informazzjoni dwar il-pożizzjoni ġeografika tal-impjant tal-manifattura tal-batteriji;
(d)
l-impronta tal-karbonju tal-batterija, ikkalkulata bħala kg ta’ ekwivalenti ta’ diossidu tal-karbonju għal kull kWh tal-enerġija totali pprovduta mill-batterija tul il-ħajja operattiva mistennija tagħha;
(e)
l-impronta tal-karbonju tal-batterija differenzjata skont l-istadju taċ-ċiklu tal-ħajja kif deskritt fil-punt 4 tal-Anness II;
(f)
in-numru ta’ identifikazzjoni tad-dikjarazzjoni ta’ konformità tal-UE tal-batterija;
(g)
link għall-web li jagħti aċċess għal verżjoni pubblika tal-istudju li jappoġġa l-valuri tal-impronta tal-karbonju msemmija fil-punti (d) u (e). Id-dikjarazzjoni tal-impronta tal-karbonju għandha tapplika minn:
(a)
It-18 ta’ Frar 2025 jew 12-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-att delegat jew tal-att ta’ implimentazzjoni msemmija rispettivament fir-raba’ subparagrafu, il-punti (a) u (b), skont liema minnhom ikun l-aħħar, għall-batteriji tal-vetturi elettriċi;
(b)
It-18 ta’ Frar 2026 jew 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-att delegat jew tal-att ta’ implimentazzjoni msemmija rispettivament fir-raba’ subparagrafu, il-punti (a) u (b), skont liema minnhom ikun l-aħħar, għall-batteriji industrijali rikarikabbli ħlief dawk b’memorja esklużivament esterna;
(c)
It-18 ta’ Awwissu 2028 jew 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-att delegat jew tal-att ta’ implimentazzjoni msemmija rispettivament fir-raba’ subparagrafu, il-punti (a) u (b), skont liema minnhom ikun l-aħħar, għall-batteriji industrijali;
(d)
It-18 ta’ Awwissu 2030 jew 18-il xahar wara d-data tad-dħul fis-seħħ tal-att delegat jew tal-att ta’ implimentazzjoni msemmija rispettivament fir-raba’ subparagrafu, il-punti (a) u (b), skont liema minnhom ikun l-aħħar, għall-batteriji industrijali rikarikabbli b’memorja esterna. Sakemm issir aċċessibbli permezz tal-kodiċi QR imsemmi fl-Artikolu 13(6), id-dikjarazzjoni tal-impronta tal-karbonju għandha takkumpanja l-batterija. Il-Kummissjoni għandha, sat-18 ta’ Frar 2024 għall-batteriji tal-vetturi elettriċi, it-18 ta’ Frar 2025 għall-batteriji industrijali rikarikabbli, ħlief dawk b’memorja esterna, it-18 ta’ Frar 2027 għall-batteriji LMT u t-18 ta’ Frar 2029 għall-batteriji industrijali b’memorja esterna, tadotta:
(a)
att delegat f’konformità mal-Artikolu 89 biex jissupplimenta dan ir-Regolament billi jistabbilixxi l-metodoloġija għall-kalkolu u l-verifika tal-impronta tal-karbonju tal-batterija msemmija fl-ewwel subparagrafu, il-punt (d), f’konformità mal-elementi essenzjali stipulati fl-Anness II;
(b)
att ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxi l-format għad-dikjarazzjoni tal-impronta tal-karbonju msemmija fl-ewwel subparagrafu. Dak l-att ta’ implimentazzjoni għandu jiġi adottat f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 90(3). 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|