+Artikolu 75 1.

Artikolu 75 1.

Il-produtturi ta’ batteriji portabbli u l-produtturi ta’ batteriji LMT jew, fejn maħtura f’konformità mal-Artikolu 57(1), l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produtturi għandhom jirrapportaw lill-awtorità kompetenti, għal kull sena kalendarja, tal-anqas l-informazzjoni li ġejja skont il-kimika u l-kategorija ta’ batteriji u tal-iskart ta’ batteriji:

(a) 

l-ammont ta’ batteriji portabbli u batteriji LMT li tqiegħdu fis-suq għall-ewwel darba fit-territorju ta’ Stat Membru, minbarra batteriji li jkunu telqu mit-territorju ta’ dak l-Istat Membru f’dik is-sena, qabel ma jinbiegħu lill-utenti finali;

(b) 

l-ammont ta’ batteriji portabbli ta’ użu ġenerali li jkunu tqiegħdu fis-suq għall-ewwel darba fit-territorju ta’ Stat Membru, minbarra batteriji portabbli ta’ użu ġenerali li jkunu telqu mit-territorju ta’ dak l-Istat Membru f’dik is-sena, qabel ma jkunu nbiegħu lill-utenti finali;

(c) 

l-ammont tal-iskart ta’ batteriji portabbli u skart ta’ batteriji LMT miġbur f’konformità mal-Artikoli 59 u 60, rispettivament;

(d) 

ir-rata tal-ġbir milħuqa mill-produttur jew mill-organizzazzjoni b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produttur għall-iskart ta’ batteriji portabbli u għall-iskart ta’ batteriji LMT;

(e) 

l-ammont tal-iskart ta’ batteriji portabbli u tal-iskart ta’ batteriji LMT miġbur u kkonsenjat lil faċilitajiet permessi għat-trattament;

(f) 

l-ammont tal-iskart ta’ batteriji portabbli u tal-iskart ta’ batteriji LMT miġbur u esportat lejn pajjiżi terzi għat-trattament, għall-preparazzjoni għal użu mill-ġdid jew għall-preparazzjoni għal adattament għal skop differenti;

(g) 

l-ammont tal-iskart ta’ batteriji portabbli u tal-iskart ta’ batteriji LMT miġbur u kkonsenjat lill-faċilitajiet permessi għall-preparazzjoni għal użu mill-ġdid jew għall-preparazzjoni għal adattament għal skop differenti.

Meta l-operaturi tal-immaniġġar tal-iskart minbarra produtturi jew, fejn maħtura f’konformità mal-Artikolu 57(1), l-organizzazzjonijiet b’kompetenza fil-qasam tar-responsabbiltà tal-produttur, jiġbru skart ta’ batteriji portabbli jew skart ta’ batteriji LMT minn distributuri jew punti ta’ ġbir oħrajn għall-iskart ta’ batteriji portabbli jew għall-iskart ta’ batteriji LMT, huma għandhom jirrapportaw lill-awtorità kompetenti għal kull sena kalendarja l-ammont tal-iskart ta’ batteriji portabbli jew tal-iskart ta’ batteriji LMT miġbur skont il-kimika tagħhom.

1. Ħarsa ġenerali

,
Titlu Regolamentazzjoni

1.1 Referenzi

1.2 Rekwiżiti identifikati

1.3 Standards relatati

2. Rekwiżiti identifikati

Rekwiżiti
Sors Rekwiżit

3. Standards relatati

Standards
Sors Rekwiżit
  • Builddate: 13.08.2026 00:00:00 -Doknr: CELEX:32023R1542
  • EULAW -

    EN: Legal acts of the European Union from EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © European Union. Re-use is authorised by Decision 2011/833/EU, provided the source is acknowledged; the consolidated texts are licensed under CC BY 4.0 (EUR-Lex legal notice). Divided into sections and converted into the GRCA format, the wording unchanged. Only the legislation published in the Official Journal of the European Union is deemed authentic.

    DE: Rechtsakte der Europäischen Union aus EUR-Lex, https://eur-lex.europa.eu/. © Europäische Union. Weiterverwendung nach Beschluss 2011/833/EU mit Quellenangabe gestattet; die konsolidierten Fassungen stehen unter CC BY 4.0 (Rechtlicher Hinweis von EUR-Lex). In Abschnitte aufgeteilt und in das GRCA-Format umgewandelt, der Wortlaut unverändert. Verbindlich sind allein die im Amtsblatt der Europäischen Union veröffentlichten Rechtsakte.