|
+Artikolu 28 4. |
Artikolu 28 4.Il-fornituri tas-servizzi jistgħu jiġbru, iżommu rekord tal-istatistika u jippubblikawha skont il-prinċipji eżistenti tal-protezzjoni tad-data. Jekk kwalunkwe statistika bħal din tinġabar għas-sena kalendarja preċedenti, din tista’ tintbagħat lill-Kummissjoni sal-31 ta’ Marzu u tista’, sa fejn ikun possibbli, tinkludi:
(a)
l-għadd ta’ EPOCs u EPOC-PRs riċevuti, skont it-tip ta’ data mitluba, l-Istat emittenti u s-sitwazzjoni (każ ta’ emerġenza jew le);
(b)
l-għadd ta’ EPOCs u EPOC-PRs issodisfati u mhux issodisfati, skont it-tip ta’ data mitluba, l-Istat emittenti u s-sitwazzjoni (każ ta’ emerġenza jew le);
(c)
għall-EPOCs issodisfati, il-perjodu medju meħtieġ biex tingħata d-data mitluba mill-mument li jkun ġie riċevut l-EPOC sal-mument li fih tkun ingħatat id-data, skont it-tip ta’ data mitluba, l-Istat emittenti u s-sitwazzjoni (każ ta’ emerġenza jew le);
(d)
għall-EPOCs-PRs issodisfati, il-perjodu medju bejn il-mument li fih ikun inħareġ l-EPOC-PR u l-mument li fih tkun tinħareġ it-talba sussegwenti għall-produzzjoni, skont it-tip ta’ data mitluba u l-Istat emittenti. 1. Ħarsa ġenerali
1.1 Referenzi1.2 Rekwiżiti identifikati1.3 Standards relatati2. Rekwiżiti identifikati
3. Standards relatati
|